Monday, July 25, 2016

Biż-żiemel fil-baħar qrib żona tajba għall-għawm... minkejja tabelli li mhux permess isir dan


Kienu diversi dawk l-għawwiema u anke sidien ta' dgħajjes li fl-aħħar sigħat ilmentaw dwar il-fatt li f'żona qrib il-Menqa f'San Pawl il-Baħar, kien qed jitniżżel żiemel biex jgħum u dan jitħalla hemm għal xejn inqas minn tlett sigħat. Dan minkejja tabelli li fil-post ma jistgħux jitniżżlu żwiemel. 

Għawwiem li tkellem magħna qalilna li "t-tabelli kienu twaħħlu biex iż-żwiemel ma jitniżżlux f'dik il-parti u dan minħabba li mhix iġenika li tniżżel żwiemel qrib żona tajba għall-għawm u li tkun iffrekwentata minn għadd kbir ta' għawwiema". 

Fl-aħħar sigħat ġara li kien hemm persuna li ppruvat torbod id-dgħajsa mal-moll fil-qrib tal-Menqa, iżda dan allegatament sab xkiel mill-persuna li kienet qed tgħawwem lil dan iż-żiemel. Jidher li sar rapport lill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar biex tittieħed azzjoni.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home