Dar fil-Belt se tkun mużew iddedikat lil Fortunato u Nerik Mizzi
Il-Mexxej tal-Partit Anti Riformista Fortunata Mizzi u ibnu Nerik Mizzi li wara kien laħaq Prim Ministru, issa se jkollhom mużew iddedikat għalihom. Dan se jsir f'residenza li huma kellhom fil-Belt. Il-Parlament għadu kif approva li din id-dar tingħata b'emfitewsi temporanja.
Is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri meta ressqet ir-riżoluzzjoni qalet li peress li hu l-għan tal-Gvern li jinċentiva attivitajiet politiċi kulturali, qed jiddisponi titolu ta' emfitesi temporanja ta' fond bl-arja tiegħu li jinsab fi Triq SanĠwann u li dan se jintuża bħala Mużew għax-Xjenza Politika dwar il-ħajja ta' Fortunato u Nerik Mizzi. Il-prorpjetà 10 u 12, ingħataw b'titolu ta' emfitewsi temporanja lil fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi. Fortunato Mizzi għex bejn l-1844 u l-1905 u kien fundatur tal-Partit Anti Riformista.
Hu kien membru tal-Komunità Pro Taljana f'Malta u fl-attivitajiet politiċi kien jagħmel kampanja biex f'Malta tibda tintuża l-lingwa Taljana. Fortunato kellu tifel li kien semmieh Nerik u dan kien laħaq Prim Ministru ta' Malta fis-sena 1950. Hu miet tlett xhur biss wara. Nerik Mizzi hu l-uniku Prim Ministru Malti li miet waqt li kien qiegħed fil-kariga.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home