Tuesday, September 20, 2016



Aġġornat: L-umbrella tal-'aħħar rekord' ... is-Società Filarmonica Maria Mater Gratiae twieġeb


Fi tweġiba għar-rapporti li dehru fuq inewsmalta.com dwar liema hi l-akbar umbrella f'Ħaż-Żabbar, is-Società Filarmonica Maria Mater Gratiae qalet li fil-jiem ta' qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat ta' dan ir-record, l-għaqda tagħna flimkien mal-Malta Records ser tkun qed issejjaħ laqgħa uffiċjali mal-midja, bil-għan li jiġu kjarifikati kull diffikultà, spekulazzjoni jew dubji li qed jinħolqu dwar din il-kwistjoni, li fir-realtà hija frivola u moħmija minn ħafna kummenti fuq facebook.
Is-Societa Filarmonica Maria Mater Gratiae kompliet tisħaq li ir-rapporti kienu msejsin fuq kummenti li dehru fuq is-sit soċjali ta' Facebook, u li ma tteħidx kumment mingħandha.
Saret kritika wkoll għall-fatt ta' ritratti li ttieħdu minn fuq Facebook, anke jekk dan is-sit jixtieq jirrimarka li dawn ir-ritratti kienu użati minn nies b’mod pubbliku fuq l-imsemmi sit soċjali.
Aktar qabel: Il-kwistjoni ta' liema hi l-akbar umbrella f'Ħaż-Żabbar qajmet kontroversja sħiħa. Fost il-mistoqsijiet li bdew isiru kien hemm dik ta' fejn infetħet l-umbrella tal-'bluni'.  Fuq dan intefa' dawl minn żgħażagħ tal-Għaqda Mużikali Maria Mater Gratiae ta' Ħaż-Żabbar li ppubblikaw ir-ritratt ta' fejn ittieħdet l-umbrella biex ġiet imkejla għar-rekord nazzjonali. Huma ppubblikaw ukoll ritratt tagħha miftuħa. 

Qabel dan ir-rekord tal-akbar umbrella kien f'idejn l-Għaqda Mużikali San Mikiel ta' Ħaż-Żabbar. 


Ftit jiem ilu inewsmalta.com analizza r-regolamenti u sibna li kien hemm toqba fl-istess regolamenti, fis-sens li fihom ma kienx ingħad li l-umbrella trid titkejjel fil-ġimgħa tal-festa. Hemm ftehim bejn iż-żewġ każini f'Ħaż-Żabbar li l-umbrella ma tistax tiġi modifikata fil-ġimgħa tal-festa. Biss ġara li tal-Bluni, f'Ġunju talbu lil Malta Records ikejlu l-umbrella u jidher li aktarx hi ikbar. inewsmalta.com hi informata li r-rekord se jingħata lil ''Bluni'' wara l-festa ta' San Mikiel.

Ta' min jgħid li t-titlu tar-rekord hu  dak ta' ''L-ikbar umbrella tal-festa". Issa dawn huma regoli li saru sentejn ilu.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home