Tifel jitqabbad jiġbor l-iskart
Jiġri wara t-trakk. Jitla' fuq pjattaforma li hemm waqt li jkun miexi t-trakk tal-ġbir tal-iskart. Jieqaf u tarah jaqsam it-triq, ġieli b'karozzi għaddejjin, iġorri kaxxi tal-kartun u skart ieħor. Dan mhux ħaddiem normali imma tifel li kollox jindika li m'għandux sittax-il sena. Kienu ilhom jaslu ilmenti li f'ċerti ġranet b'mod partikolari is-Sibt kien qed ikun hemm tifel jiġbor l-iskart f'żoni partikolari f'San Ġwann. Ir-rapporti kienu jgħidu li t-tifel m'għandux sittax-il sena. Quddiem il-fatt li f'pajjiżna l-età minima biex persuna taħdem hi dik ta' minn sittax-il sena 'l fuq għalkemm f'ċirkostanzi eċċezzjonali ġieli nħarġu permessi biex tfal b'inqas minn sittax-il sena jaħdmu, inewsmalta.com marret fil-postijiet indikati lilna u stennejna li jagħti s-servizz tal-ġbir. Bqajna skantati meta rajna lil dan it-tifel jiġbor l-iskart flimkien ma' ħaddiema oħra. Segwejna għal ftit ħin mhux ħażin, fejn stajna naraw li prattikament dan kien qed jagħmel l-istess xogħol li kienu qed jagħmlu l-ħaddiema l-oħra.
Minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home