Liema hi l-ikbar umbrella proprjetà tal-għaqdiet mużikali f'Ħaż-Żabbar? Suppost hi xi ħaġa sempliċi, dik li tkejjel l-umbrella u tasal għar-riżultat. Imma f'Ħaż-Żabbar hemm polemika sħiħa dwar liema hi l-ikbar. Tal-''ħodor'' jew ''tal-bluni''. Dan għax ftit snin ilu l-Każin ta' San Mikiel kien waqqaf rekord b'regoli li għamel hu stess dwar l-ikbar umbrella. Dakinhar huma kienu ngħataw dan ir-rekord mill-Malta Records. Biss inewsmalta.com analizza r-regolamenti u sibna li kien hemm toqba fl-istess regolamenti, fis-sens li fihom ma kienx ingħad li l-umbrella trid titkejjel fil-ġimgħa tal-festa. Hemm ftehim bejn iż-żewġ każini f'Ħaż-Żabbar li l-umbrella ma tistax tiġi modifikata fil-ġimgħa tal-festa. Biss ġara li tal-Bluni, f'Ġunju talbu lil Malta Records ikejlu l-umbrella u jidher li aktarx hi ikbar. inewsmalta.com hi informata li r-rekord se jingħata lil ''Bluni'' wara l-festa ta' San Mikiel. Żabbari li tkellem ma' inewsmalta.com qalilna li "veru li hawn din il-polemika. Imma ż-żewġ naħat għandhom ikunu kburin li għandhom żewġ umbrellel artistiċi u sbieħ." Ta' min jgħid li t-titlu tar-rekord hu dak ta' ''L-ikbar umbrella tal-festa".
Issa dawn huma regoli li saru sentejn ilu. L-istess regoli jgħidu li l-umbrella trid tiġi armata f'xi post speċifiku fejn l-arblu tagħha jista' jiġi mwaħħal fl-art kif ukoll armat fuq karru biex jinġarr. Id-disinn u s-sbuħija ta' drapp li jlibbes lill-umbrella, kif ukoll il-kulur hu rrilevanti għal dan ir-rekord. Ir-regolament jgħid ukoll li l-umbrella trid tiġi armata f'data speċifika li tġi miftehma flimkien bejn ''The Malta Records'' u dak li jkun applika għar-rekord. Ir-regolamenti jgħidu wkoll li "meta l-umbrella tkun qed tinfetaħ ħadd ma jista' jmissha jew jipprova jbiddel xi ħaġa jekk mhux bil-permess ta' The Malta Records. Jekk waqt li tinfetaħ jiġri xi ħsara, din tiġi skwalifikata. L-umbrella tiġi mkejla billi jitkejjel il-volum tal-arja ta' ġewwa tal-umbrella". Sa issa Malta Records iċċertifikat 'il fuq minn 291 rekords.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home