Jiġu ppubblikati ritratti dwar l-istat ta' Manoel Island mis-Sindku tal-Gżira
Is-Sindku tal-Gżira, Conrad Borg Manche ppubblika ritratti li juru l-istat xejn tajjeb li tinsab fih il-Forti Manoel u żoni tal-madwar. Fi kliemu stess il-forti tħalliet mitluqa. Hu qal li "iġġudikaw intom minn dawn ir-ritratti jekk sarx restawr bħan-nies. Assolutament tal-mistħija. Għalina il-forti Manoel mhix sempliċiment baqra li taħleb il-flus mill-parties kif tidher li hi għall-Midi għax tħalliet fi stat ta abbandun. It-tkissir li hemm jidher ċar li kien ilu hemm u ma sarx is-Sibt jew il-Ħadd li għadda." Jgħid li "l-MIDI investew €400,000,000 f'Tigne u f'Manoel Island.
Pero taf x'ma qalulnhiex x'daħħlu komparat ma li investew? U f'Manoel Island x'investiment sar? X'ħa il-poplu mill-investiment li qed jiftaħru bih - xejn. Forti taparsi restawrata biex tiġi użata biss għal attivitajiet privati. Il-poplu ma ħa xejn.. Ħlief ġurnata Open day (att ta karità) fis-sena 2009."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home