Dokumenti ppubblikati bla rabta dwar il-viżi mediċi
Dokumenti li kienu żvelati mill-Kap tal-Alleanza Bidla, Ivan Grech Mintoff, m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-kwistjoni dwar allegazzjonijiet ta' ħruġ ta' viżi mediċi għal persuni Libjani biex jiġu jieħdu kura f'Malta. INEWSMALTA.COM stħarreġ fuq id-dokumenti u ġejna infurmati li l-uffiċjali involuti huma minn fazzjoni li qed titob rikonoxximent tal-Gvern Malti. Ġejna infurmati d-dokumenti huma dwar lil min qed jirrikonoxxi l-Gvern Malti bħala r-rappreżentant tal-Gvern tal-Libja. Il-Gvern Malti qed jirrikonoxxi lil dak rikonoxxut internazzjonalment. Għalkemm sezzjoni tal-pubbliku setgħet ħadet l-impressjoni li dawk id-dokumenti huma relatati mal-allegazzjonijiet fil-kwistjoni tal-viżi, issa hu pruvat bl-aktar mod ċar li dawn m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-każ. Ovvjament dan iqajjem diversi mistoqsijiet fosthom għaliex f'konferenza stampa dwar il-viżi mediċi, inħarġu dokumenti dwar lil min jirrikonoxxi l-Gvern Malti bħala Gvern fil-Libja.
INEWSMALTA.COM ra wkoll dokumenti li kuntrarjament għal dak li ntqal minn Khaled ben Nasan, qed jirriżulta li ben Nasan għandu is-single permit għax-xogħol rifjutat, u anke il-permess għar-residenza ġie miċħud. Ben Nasan ta' l-impressjoni li kollox hu normali f'dik li hi residenza. Filfatt hu qiegħed hawn għax talab status umanitarju mill-Kummissarju għar-Refuġjati u dan ingħata. Il-permess ta' residenza ġie miċħud minħabba li ma kellux approvazzjoni mis-servizz ta' sigurtà u mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni. It-TORĊA il-Ħadd li għadda żvelat kif l-ebda unit tal-Gvern li hu inkarigat li jirċievi lmenti minn informaturi ma rċieva lmenti dwar viżi mediċi. Dwar dan il-każ il-Pulizija kienet ilha tinvestiga minn Mejju u ma sabet ebda provi dwar l-alleġat ħruġ ta' viżi mediċi. Mill-banda l-oħra, is-Sirjan li għamel l-allegazzjonijiet, wara rapporti f'inewsmalta.com ħareġ li kien iqassam kards dubjużi, allegatament uża isem Mahdi al Harati u l-ħbiberija tiegħu miegħu biex allegatament jimpressjona persuni Libjani. Żvolta li kien hemm ftit jiem ilu kienet theddida li hu qal li rċieva fuq uliedu u li dwarha hu għamel rapport fl-Għassa ta' San Ġiljan. Minn investigazzjonijiet li saru fil-ħin indikat mis-Sirjan, la saret telefonata u lanqas irċieva sms.
Wara li kien konfrontat b'dan qal li t-telefonata kienet saret minn telefonija bl-internet, xi ħaġa li ma tistax tiġi traċċata.inewsmalta.com għandu wkoll konferma uffiċjali mill-Ministeru tal-Ġustizzja dwar il-fatt li l-ebda unit tal-Gvern ma rċieva ilmenti dwar ħruġ ta' viżi mediċi. Il-Ministeru għall-Ġustizzja meta mistoqsi qalilna li "Identità ta’ informatur (whistleblower) ma tistax tiġi żvelata u lanqas ma tista’ tingħata informazzjoni li twassal biex tiżvela dik l-identità mingħajr il-kunsens tal-informatur innifsu. Li jista’ jingħad hu li ebda unit tal-Gvern inkarigat biex tircievi ilmenti taht il-liġi dwar il-Protezzjoni tal-Informatur ma rceviet ilment rigwardanti viżi medici.”Sa issa mhux magħruf jekk il-Pulizija hix se tieħu passi kontra dan is-Sirjan u dan minħabba l-fatt li fir-rapport li għamel dwar it-theddid instab li fil-ħin li hu stess indika la saret telefonata u lanqas intbagħat sms.Min-naħa tiegħu Neville Gafà kien qal li huwa kkopera mal-Pulizija fl-investigazzjoni li kien talabha tagħmel huwa stess. Fakkar li malli bdiet din l-investigazzjoni hu kien talab lill-Ministeru għas-Saħħa biex iwaqqaf kull ħidma relatata ma' viżi mediċi "L-uffiċjal tal-Ministeru għas-Saħħa reġa' ċaħad l-allegazzjonijiet li kien idaħħal madwar €150,000 fix-xahar minn tixħim biex jinħarġu viżi u qal li dawn l-allegazzjonijiet kienu biss qlajja' minn persuni dubjużi.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home