Wednesday, September 14, 2016

Taf x'inhu Għażżiel?

Nistqarr li meta kellimni Żebbugi Għawdxi dwar l-Għażżiel ma fhimtx fuq x'hiex kien qed jitkellem. Aktar u aktar meta beda jsemmili l-Madonna tal-Għażżiel. Spjegali li din hi festa ħelwa li ssir wara l-Vitorja fiż-Żebbuġ Għawdex.L-Għażżiel mhi xejn għajr għaġina li fil-forma tagħha tagħha jkollha mnaqqas l-isem tal-Madonna. F'purċissjoni li ssir fiż-Żebbuġ Għawdex ikun hemm għadd ta' qfief b'dan l-Għażżiel u dan jitbierek u jitqassam lil dawk preżenti. Jidher li mbagħad ikun hemm min ipoġġi l-Għażżiel f'tieqa bħala protezzjoni mis-sajjetti.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home