Wednesday, September 14, 2016


"Qed jinkwetani s-skiet tal-Gvern fuq Manoel Island...donnu l-pajjiż spiċċa f'idejn sitt familji" -         

     -   iċ-Ċermen ta' V18, Jason Micallef

 


Iċ-Ċermen tal-Valletta 18, Jason Micallef għamel attakk qawwi fuq il-konsorzju MIDI li għandu l-proġett ta' Manoel Island.  Ma naqasx li jgħid li s-Sindku tal-Gżira għandu bżonn l-appoġġ għall-azzjoni li ttieħdet biex infetaħ l-aċċess għax-xatt f'Manoel Island u enfasizza li hu mħassdeb bis-skiet tal-Gvern fuq il-kwistjoni. Hu qal li ma jistax ikun li Malta donnha spiċċat f'idejn sitt familji.

    Jason Micallef fis-sit soċjali tiegħu kiteb li "l-konsorzju MIDI tal-"Mizzis" qatt ma kien jaf jistħi. Il-vandaliżmu twettaq meta bnew il-porkerija ta' bini ta' gabubi fuq il-ponta Tigne u ħassru darba għal dejjem il-post u l-veduta minn naħa ta' Marsamxett u l-Belt Valletta. Dan hu l-legat li se jħallu warajhom dawn il-prima donni tan-negozju ta' Malta. Insew kemm irranġaw biex inħafrulhom minn wara daharna mijiet t'eluf jekk mhux miljuni meta nqabdu jarmu r-radam tal-proġett fil-baħar tagħna. Is-Sindku tal-Gżira ħaqqu kull tifħir u appooġġ għal dak li ħaddieħor beża' jagħmel f'16- il sena sħaħ. Nistenna lill-Gvern jappoġġjah b'kull mezz għax s'issa donnu skiet perfett li wkoll tinkwetani ħafna. Ma jistax ikun li dan il-pajjiż bħal donnu spiċċa t-territorju ta' 6 familji kbar li m'għandhomx bżonn tax-xatt ta' Manoel Island biex jgħumu għax huma jerħuha u  jsalpaw bil-jottijiet lussużi biex jifriskaw. Tal-mistħija."

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home