Saturday, September 17, 2016






L-allegazzjonijiet dwar viżi mediċi: Manuvri ġodda b'ritratti ta' Ministri u l-Prim Ministru

Dik li qed titqies bħala 'manuvra ġdida' minn Khaled ben Nasan, is-Sirjan li ħareġ bl-allegazzjonijiet dwar viżi mediċi għal Libjani biex jiġu għall-kura f'Malta, kienet tikkonsisti billi f'sit soċjali li ma jġibx isem is-Sirjan tpoġġew kwantità kbira ta' ritratti. Dawn juru Ministri u anke l-Prim Ministru. Sorsi qrib is-Sirjan allegaw li dan hu sit soċjali użat minn Khaled. Fih stajna naraw ukoll materjal konness mal-kwistjoni tal-viżi mediċi fosthom il-programm mxandar fuq You Tube. Li kien hemm stramb f'din il-manuvra hi dik li r-ritratti tal-persuni bdew jintużaw fuq sfont differenti.  Sa issa għad mhux magħruf x'inhu l-għan ta' din il-manuvra. Fost il-ministri li xxandru ritratti tagħhom kien hemm Chris Fearne u Owen Bonniċi. 
    Dawn ir-ritratt mxandrin mis-Sirjan ħawwdu lil diversi persuni li jaraw is-sit soċjali tiegħu, fejn kienu diversi dawk li ħadu l-impressjoni li donnu dan jaf sew lil dawn il-persuni biex qagħad itella' dawk il-kwantitajiet ta' ritratti tagħhom. 
    Sorsi iddeskrivew dawn il-manuvri bħala li "allegatament huma intiżi biex juri li hu persuna influwenti' f'Malta."  
    Inewsmalta qed ikompli jsegwi mill-qrib din il-kwistjoni fejn sa issa rajna kif dan is-Sirjan kien qed iqassam kards dubjużi li dwarhom anke esprimew dubju diplomatiċi Libjani f'Malta. Wara dak li hu qal fi programm mxandar fuq You Tube, l-Ambaxxatur Malti għal Libja, Mannie Galea ċaħad kollox u jidher li dan kien komunikat mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. 
    Inewsmalta żvela wkoll li mhux minnu li dan għandu permess ta' residenza f'Malta għax dan kien miċħud. Is-Sirjan imma għandu protezzjoni umanitarja mill-Kummissarju għar-Refuġjati. Dan qed iqajjem mistoqsijiet dwar x'inhi l-biża' tiegħu biex imur lejn il-Libja.
    Apparti dan, SMS u telefonata li qal li rċieva f'ħin partikolari u li allegatament kienu jikkonsistu f'theddid, instab li ma sarux fil-ħin indikat minn investigazzjonijiet li għamlu l-Pulizija. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home