Friday, September 16, 2016





Kontroversja dwar il-Kappella ta' San Ġwann t'Għuxa


Ftit tal-ġimgħat ilu L-ORIZZONT ippubblika stejjer dwar l-istat li kienet tinsab fiha l-kappella ta' San Ġwann t'Għuxa f'Bormla fejn partijiet mis-saqaf kellhom konsenturi fondi mhux ħażin.  Għaddew il-jiem u inqalgħet kwistjoni sħiħa.  Il-grupp li kien qed jieħu ħsieb il-kappella ġie infurmat mill-kunsill biex jirritorna iċ-ċwievet. Il-battibekki bejn iż-żewġ naħat ma naqsux. Il-kunsill baqa' jinsisti li ċ-ċavetta tkun ritornata, bil-grupp iħossu diżappuntant u jgħid li spiċċaw barra minn din il-kappella minħabba li qajmu l-kwistjoni ta' l-istat tagħha mal-ġurnal L-ORIZZONT.
L-ORIZZONT tkellem mas-Sindku ta' Bormla, Alison Zerafa Civelli, fejn meta mistoqsija dwar dan qaltilna li "ċ-ċavetta talbuha biex itellgħu wirja. Approvajna u tajnihom iċ-ċwievet. Il-wirja kienet fil-Ġimgħa l-Kbira. Għadda ż-żmien u l-kunsill talab iċ-ċwievet. Aħna ma nistgħux inħallu ċwievet f'idejn terzi."
Mistoqsija dwar il-fatt li dan il-grupp qed jaħseb li din l-azzjoni itttieħdet għax tkellmu ma' L-ORIZZONT, hi qaltilna li "iva hekk qed jaħsbu huma. Biss aħna ma nistgħux inħallu ċwievet ta' proprjetà pubblika f'idejn terzi". Mistqosija jekk tagħtihom iċ-ċavetta lura biex terġa' ssir il-wirja, is-sindku irrispondiet fl-affermattiv. 
Minn naħa tiegħu, Keith Cauchi li kien jieħu ħsieb il-kappella meta kkuntattjat minn L-ORIZZONT qalilna li "jien ninsab diżgustat għall-mod kif il-Kunsill iddeċieda li jkeċċina mill-Kappella billi jitolbuna ċ-ċwievet "mill-aktar fis" wara li deher l-artiklu fuq il-gazzetta. Ir-raġuni miġjuba mill-Kunsill hi li bil-miktub (u hekk hu) konna tlabnihom iċ-ċavetta għall-iskop li ntellgħu wirja tal-Ġimgħa l-Kbira. Biss meta aħna kkonfrontajnihom bil-fatt li konna ġibna l-permess mingħandhom biex nibqgħu nieħdu ħsieb il-Kappella bil-patt ul-kundizzjoni li nżommuha aċċessibbli għall-pubbliku (bħalma qaltilna s-Sindku), waqgħu fir-retorika li jikkwotaw li ma kellhomx rekord ta' dan bil-miktub."
Keith Cauchi qalilna li "dan jikkuntrasta mal-fatt li apparti li konna ltqajna mas-Sindku u skond hi, il-Kunsill kien aċċetta li jħallina nieħdu ħsieb il-Kappella, il-Kunsill dejjem kien jaf bina. Dan jixhdu l-fatt li meta xi nies, b'vendikazzjoni, għamlu rapporti foloz fuq il-Kappella, mill-Kunsill dejjem lilna ċemplu biex jaraw hux veru. Barra minn hekk, f'dawn l-aħħar jiem, kienet is-sindku stess li sabitna u qaltilna li kienu ilhom jitolbuha li aħna nagħtu ċ-ċwievet lura iżda li hi kienet qed ittina appoġġ fix-xogħol li konna qed nagħmlu u għaldaqstant kienet qed tikkonvinċihom biex iħalluna nkomplu b'xogħolna."
Keith Cauchi ikkummenta ukoll li "l-Kunsill ġie talabna ċ-ċwievet ħabta u sabta wara l-pubblikazzjoni tal-artiklu u li anke ndaħlu biex ġiegħlu lil kull min kien qassam dak l-artiklu biex ineħħih minn fuq il-midja soċjali. Dan jixhed li tagħhom hi biss skuż fejn il-messaġġ li għaddewlna hu li għandna nkunu grati li l-awtoritajiet kienu qed jagħmlu daqstant xogħolijiet (li hafna minnhom huma dmirijiet bażiċi - u m'hux pjacċri, bħalma tawna x'nifhmu) inkella b'rasna jdur. Aħna konna qed naħdmu favur Bormla u ġbidna l-attenzjoni fuq sitwazzjoni li kienet qed issir dejjem iktar urġenti, iżda lill-Kunsill, dak li kien jgħodd m'hux x'għandha bżonn Bormla, imma kif jidhru huma mal-partit u mal-gvern".


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home