Friday, September 16, 2016

Ħamiem mitmugħ fi proprjetà l-Belt ... il-Kunsill mitlub jieħu passi

Minkejja bye law li għandu l-Kunsill tal-Belt biex ma jiġix mitmugħ il-ħamiem, minn proprjetà partikolari fil-Belt b'mod regolari u ta' kuljum qed ikun hemm ksur ta' din il-bye law. Dan hekk kif allegatament min qed jgħix f'din il-proprjetà qed jitma' l-ħamiem u filfatt f'ħinijiet matul il-ġurnata dan il-ħamiem jidher dieħel u ħiereġ minn din l-istess proprjetà. Din qed tqajjem rabja fost għadd ta' residenti, tant li l-Kunsillier Belti Ray Azzopardi qed jiltob lill-Kunsill biex jieħu l-passi neċessarji.
Il-Kunsillier Azzopardi kkummenta li "qed nitlob uffiċjalment lill-Kunsill Lokali tal-Belt biex jieħu azzjoni kontra din il-persuna jew persuni li jabitaw f'din il-proprjetà u jwaqqfuhom milli jkomplu jitimgħu l-ħamiem għad-detriment ta' residenti tal-madwar. Ninsab aktar minn ċert li r-residenti tal-madwar jinsabu rrabjati b'din is-sitwazzjoni. Apparti mard u ħmieġ li jġib miegħu l-ħamiem selvaġġ, il-ħsara kbira li jagħmlu fil-vetturi u proprjetà ta' terzi persuni. Nitlob lis-Sindku Alexei Dingli, u l-Kunsill kollu biex jappoġġja din l-ittra għan-nom tar-residenti tagħna".
Ritratt: Il-proprjetà fil-Belt minn fejn qegħdin jiġu mitmugħin il-ħamiem


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home