Tuesday, September 20, 2016


Jibdlu l-bankijiet fix-Xlendi ... l-antiki jispiċċaw f'qiegħ il-baħar ... il-Kunsill jisħaq li bil-maltemp

    •    Il-bijoloġista marittimu Alan Deidun permezz tal-profil tigħu Facebook ikkritika bl-aktar mod aħrax l-aġir tal-kuntrattur fdat bil-ħidma li jibdel banijiet fix-Xlendi. Dan hekk kif filwaqt li poġġa l-bankijiet l-ġodda, iddispona mill-antiki billi ramihom il-baħar. Fil-kumment tiegħu, filwaqt li qal li l-kuntrattur għażel l-eħfef triq possibbli, għandu jiġi mġiegħel jerġa’ jtella’ dawn il-bankijiet minn qiegħ il-baħar.
    •  
    •    Meta kkuntattjat il-Kunsill tax-Xlendi saħaq li l-bankijiet f’qiegħ il-baħar li tagħhom il-bijologu marittimu tella’ ritratti fuq il-profil tal-Facebook tiegħu spiċċaw hemm wara maltempata li seħħet is-sena li għaddiet.
Dawn il-bankijiet kienu twaħħlu f’Awwissu tal-2015. Madankollu bejn is-26 u 27 ta’ Novembru kien hemm maltempata bil-konsegwenza li l-mewġ qala’ l-bankijiet minn posthom u tnejn minnhom tkaxkru fil-baħar. Il-Kunsill bagħat ritratti li kienu ttieħdu jum wara l-maltempata.


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home