Talba biex fil-Baġit togħla l-paga minima ... u għal-liġi kontra l-prekarjat
Delegazzjoni mill-Alleanza Kontra l-Faqar fl-aħħar jiem kellha laqgħa kordjali mal-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna li matulha ppreżentat il-proposti tagħha għall-bagit għas-sena 2017.- Il-proposti pprezentati huma li jkun hemm żieda fil-paga minima biex
tassigura li kulħadd ikollu dħul minimu garantit ibbażat fuq l-istudju
tal-Caritas.
Proposta oħra hi li jinstab mezz kif ikun hemm aktar ġustizzja soċjali fis-suq tal-kera bħalma jeżisti anke f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.
L-Alleanza pproponiet ukoll li ssir riorganizzazzjoni fir-rati tat-taxxa fuq id-dħul biex bħalma l-ogħla rata tnaqqset minn 35% għal 25%, ikun hemm ċaqliq biex igawdu wkoll dawk li għandhom pagi baxxi.
Proposta oħra hi dik li jkun hemm liġi komprensiva dwar il-prekarjat biex dan l-abbuż jinqata’ darba għal dejjem.
Ipproponew ukoll li t-tfal kollha jkollhom aċċess għal childcare b’xejn u li jitwaqqaf Bank Soċjali biex jgħin familji bi dħul baxx jingħataw għodda finanzjarja għall-bżonnijiet li jkollhom bħal housing, u bżonnijiet ta’ riżorsi li f’ammont huma żgħar għal banek kummerċjali ma jkunx vijabbli. L-idea ta' Grameen Bank li javvanza micro credits qed tiġi wkoll użati ma’ kommunitajiet bi dħul baxx fl-Ewropa.
L-Alleanza qalet ukoll li "nemmnu li kif jitħaddem il-makkinarju tal-Indiċi tal-Prezzijiet li minnu toħroġ ir-rata ta’ inflazzjoni li fuqha tinħadem il-COLA u l-aġġustamenti ta’ pagi u benefiċċji, hu inġust għax ir-rata ta’ inflazzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma tikkorrispondix mar-rata ta’ inflazzjoni għall-familji bi dħul baxx. Dan qed jgħin biex jidiet il-faqar għax l-aġġustamenti ma jkoprux iż-żidiet veru fil-għoli tal-ħajja."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home