Taħsibhom skorpjuni ... jintelqu f'għadira fil-Fiddien u mmultiplikaw
Forsi kif tarah għall-ewwel darba jaħsdek. Taħsibhom skorpjuni. Ta' kulur ħamrani u bl-imqassijiet. Serraħ rasek li mhux ta' periklu, għalkemm jigdem sew. Dan hu krustaċju li llum jinsab f'għadira partikolari fil-Fiddien. Kreatura 'aljena' li qatt ma kienet teżisti f'Malta u ssibu f'ħafna partijiet fl-Istati Uniti. Kollox jindika li dan il-krustaċju intelaq minn xi ħadd f'din l-għadira fl-inħawi tar-Rabat. Minkejja in-nuqqas ta' xita irnexxielu jimmultiplika bil-kbir. Dan il-krustaċju instab mill-entimoloġista privat Denis Magro, waqt spezzjoni li kien qed jagħmel fis-sit, fil-ħidma tiegħu marbuta mal-insetti f'pajjiżna.
Meta tkellem ma' inewsmalta.com, Denis Magro qalilna li "għalkemm din is-sena m'għamlitx xita f'pajjiżna xorta dan irnexxielu jimmultiplika. Dan il-krustaċju qatt ma kienx jgħix f'pajjiżna u dan jgħix fl-ilma ħelu. Biex jgħix jiddependi ħafna mill-ilma tax-xita. L-isem xjentifiku tiegħu hu Procambarus Clarkii. Hu awwista ta' l-ilma ġieri. Dan skoprejtu f'għadira li hemm fil-post magħruf bħala 'l-Fiddien'. Minkejja li m'għamlitx xita f'pajjiżna irnexxielu xorta waħda jimmultiplika. Jikber sa 17.5 ċentimetru. Issibu f'xi pajjiżi Ewropej bħall-Ġermanja u postijiet oħra. Dan skoprejtu waqt li kont qed nistudja l-insetti u fil-pront nilmaħ ġurdien mill-ħomor li jgħix fis-selvaġġ jikkaċċja minnhom u jikolhom. Din it-tip ta' awwista jittiekel mill-bniedem fejn iċ-Ċiniżi magħrufin għal mod kif iħawruhom. Naħseb li meta tagħmel ħafna xita jista' jiġi aktar invażiv fl-ambjent Malti", qalilna Dennis Magro.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home