Baħrin fuq bastiment li jtajjar il-bandiera Maltija b'xhur mhux imħallsin u b' pagi miżeri
• Nov 05, 2016 18:30
Grupp ta' baħrin mir-Russja, l-Ukrajna u l-Bulgarija u li kienu qed jaħdmu fuq bastiment reġistrat taħt il-Bandiera Marittima Maltija jinsab f'kontroversja sħiħa hekk kif ilhom ma jitħallsu xhur mis-sidien tal-bastiment. Jidher li mhux biss ilhom ma jitħallsu imma anki l-pagi li kienu offruti qed jitqiesu bħala miżeri. Il-bastiment inkwistjoni iġib l-isem ta' "Svetlana". Dan bħalissa jinsab maqbud fil-port ta' Cardiff fir-Renju Unit. Dan il-każ qed ikun segwit mill-Ispettur tal-ITF, Tommy Molloy. Il-bastiment jinsab miżmum wara investigazzjoni li saret mill-Aġenzija Marittima u tal-Gwardji tal-Kosta fir-Renju Unit. Il-bastiment inżamm minħabba li l-baħrin kienu ilhom xhur ma jitħallsu ta' xogħolhom.
Molloy iddikjara li "dawn il-baħrin irċevew pagamenti żgħar u dawn ma kinux frekwenti. Ngħid li s-salarji li suppost tħallsu dawn il-baħrin hu fost l-inqas li qatt iltqajt miegħu fl-aħħar snin. Il-pagi offruti huma ħafna inqas mill-minimum li hemm riferenza għalih fil-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu tas-senas 2006." L-ispettur tal-ITF qal li l-kumpanija insistiet li hi se tħallas biss dak li hemm stipulat fil-kuntratt. Tommy Molloy ikkritika l-bandiera marittima u qal li din naqset li tirrispondi. "Għalija hu ċar. L-istati li rratifikaw proċeduri stabbilita li jiddeterminaw l-minimu tal-pagi mħallsin lill-baħħar, għandhom jagħtu konsiderazzjoni ta' dak stabbilit mill-Organizazzjoni Internazzjonali għax-Xogħol (ILO). Kemm iridu jkunu baxxi l-pagi tal-baħrin biex ir-reġistru Malti jintervjeni?" staqsa l-Ispettur tal-ITF.
1 Comments:
Thanks for sharing, nice post! Post really provice useful information!
Giaonhan247 chuyên dịch vụ gửi hàng đi Úc, mua hộ vòng tay pandora úc ship về Việt Nam uy tín và dịch vụ vận chuyển hàng đi campuchia uy tín và kinh nghiệm cách order taobao về VN giá rẻ.
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home