''Il-prekarjat ... issa se nibdew nitrattaw il-kuntratti fil-privat''
• Ott 31, 2016 21:14
Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, waqt li għalqet id-dibattitu dwar l-estimi ta' dan il-ministeru qalet li "l-Gvern Nazzjonalista m'għamel xejn fuq prekarjat. L-ewwel ħaġa li għamilna kien li bdejna nindirizzaw is-sitwazzjoni u dan fejn jirrigwarda ħaddiema tal-Gvern. ''Mill-Gvern ta' qabel writna sitwazzjoni, fejn ħaddiema jaħdmu fl-istess post tax-xogħol b'dawk tal-kuntrattur jitħallsu inqas minn dawk tal-Gvern allavolja jagħmlu l-istess xogħol. Is-sidien jħaddmu bil-prekarjat huma ftit. Issa kuntratt m'għadux jintrebaħ fuq l-irħas offerta u issa se tkun fuq 'best quality price ratio'. ''Din għandha twassal għal pagi aħjar. Wara li trattajna l-kuntratti tal-Gvern issa se nitrattaw il-kuntratti privati għall-prekarjat."
Tenniet li "iddiżappuntajt ruħi bil-kritika tad-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli. Qalilna li Malta qiegħda l-aħħar fuq l-ugwaljanza tan-nisa imma ma qalilniex għaliex. Wieħed mill-indiċi hu l-abort. Peress li l-pajjiż m'għandux abort se jinżel. Kif nallokaw l-liv tal-maternità, għadna nallokaw il-liv għall-omm biss. ''Il-pajjiżi li qegħdin 'il fuq minnha, għandhom sistema fejn dan il-liv jinqasam bejn l-omm u l-missier. Hemm il-kwistjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika. Aħna għandna rata baxxa ta' nisa fil-politika u dan jitfagħna 'l isfel. Kellna żieda ta' 6% tan-nisa li jaħdmu. Dan għax għamilna strutturi li jgħinu lin-nies biex jaħdmu barra mid-dar."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home