''La kien hemm ġlieda u wisq inqas kien hemm bżonn li jferraq il-Kap tal-Aħbarijiet''
• Ott 31, 2016 18:51
• Wara li fis-seduta ta' filgħodu d-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli semma' li kien hemm ġlieda f'kuritur fil-Public Broadcasting Services (PBS) u li skont hu kellu jmur il-Kap tal-Aħbarijiet Reno Buġeja biex iferraq, il-Ministru Owen Bonniċi fis-seduta tal-lejla qal li vverifika l-fatt u sab li dan ma kienx minnu. Hu ddikjara li "la kien hemm ġlieda u wisq inqas kien hemm bżonn Reno Buġeja biex iferraq".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home