• It-traġedja tal-ajruplan: Il-pilota Fabien Pierret minn Maizieres indikat bħala li aktarx kien qed isuq l-ajruplan
•
• Sorsi qrib l-investigazzjonijiet li għaddejjin infurmat lil inewsmalta.com li l-pilota Franċiż li miet fit-traġedja ta' nhar it-Tnejn meta waqa' l-ajruplan Fairchild Metroliner Mark III, aktarx li hu Fabien Pierret. Dan hu meqjus bħala pilota ta' esperjenza. Hu għandu 30 sena u jgħix f'Maizieres Les Metz. Hu kien itajjar l-ajruplan tal-kumpanija CAE Aviation, u kien parti mill-grupp Air Group 56 li hi parti mid-Direttorat għas-Sigurtà Esterna. B'mod uffiċjali din l-informazzjoni għadha mhix konfermata. Tentattivi biex nikkonfermaw din l-informazzjoni irriżultaw fin-negattiv.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home