Ċensu "ma fehemx" u baqa' jistaqsi … “jekk qed jiddispjaċikom problema tagħkom”
• Nov 01, 2016 18:54
B'mistoqsija waħda wara l-oħra mid-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea u bil-Ministru għall-Kompetittività Chris Cardona jispjega kull darba, fl-aħħar wasslet biex il-Ministru Cardona jgħid lill-Oppożizzjoni li hi problema tagħhom jekk qed jiddispjaċihom li l-industrija qed tibbenefika minn sussidji fuq l-imgħax marbutin mal-kirjiet għall-industrija. Il-kwistjoni qamet wara li ngħatat tweġiba Parlamentari li fiha kien hemm ħames kumpanija li ħadu €4 miljun f'sussidju fuq l-imgħax fuq il-kirjiet. Id-Deputat Nazzjonalista Censu Galea beda jesprimi tħassib dwar kif erba' kumpaniji ħadu dan l-ammont bejniethom fuq sussidju fuq l-imgħax tal-kirja. Il-Ministru Cardona spjega li "waħda mill-problemi tal-pajjiż hi li l-gvern m'għandux biżżejjed spazju. Qal li "biex nimmassimizzaw l-ispazju wieħed mill-inċentivi hu lli ninċentivaw lill-industrija biex tikri mill-privat. Il-gvern jissussijdaw l-imgħax fuq il-kirjiet. Ir-riżultat qed juri li din il-politika qed tagħti riżultati. Kellna ħames intrapriżi li ngħataw sussidju fuq ir-rata ta' interess li kienu ta' €4 miljuni." Wara diversi mistoqsijiet, il-Ministru Cardona saħaq li "fis-sena 2015 kien hemm żieda enormi. Kien hemm iżjed intrapriżi li investew fil-pajjiż, li aktar marru fil-banek, aktar intrapriżi li importaw u esportaw. Li kien hemm min ħa €5 miljuni x'fiha ħażin. Jalla jkollna iżjed. Jekk qed jiddispjaċikom problema tagħkom. L-industrija hi kuntenta u hemm ottimiżmu.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home