Ħsarat bil-Grigalata fl-irziezet tat-tonn ... jonqos il-ħut
• Nov 03, 2016 09:30
''Mhux ġust li kulħadd jipponta subgħajh lejn l-irziezet tal-ħut ... issa l-ħut fil-gaġeġ naqas ħafna" Il-Grigalata li laqtet lill-gżejjer Maltin fl-aħħar jiem għamlet ħsarat sew f'għadd ta' gaġeġ tal-ħut, tant li jidher li ħarab xi tonn minnhom u dan spiċċa fuq il-blat b'mod partikolari f'żoni f'San Pawl il-Baħar. L-ammont ta' tonn li ħarab hu wieħed żgħir għax il-ħut fil-gaġeġ naqas ħafna. F'kumment lil inewsmalta, l-avukat John Refalo, li jirrappreżenta lill-industrija tat-tkabbir tal-ħut, qalilna li "f'dan il-pajjiż kif jgħidu ħu l-fama u mur orqod. Għal kull ħaġa li qed tiġri fil-baħar jeħlu tal-irziezet tal-ħut. Qed nirreferi għal dak li ġara f'Portomaso. Ħadna kampjuni u bgħattnihom barra. Dak il-materjal ma kienx fih riħa bħal dak li kien hemm fis-sajf. Nista' ngħidlek li jien kont Taormina fl-aħħar jiem u rajt l-istess foam, ragħwa u materjal kannella li rajna fl-ibħra tagħna. U dan meta f'Taormina m'hemmx irziezet tal-ħut." L-avukat Refalo qalilna li "dak li ġara f'Awwissu kien żejt tal-ħut. Biss il-baħar hu ħaġa ħajja. Il-baħar hu mimli organiżmi. Meta jkollok mewġ qawwi dan iqanqal il-qiegħ. Fuq dak li ġara f'Portomaso fejn jottijiet u dgħajjes spiċċaw kannella, aħna ħadna kampjuni u qed nistennew ir-riżultati. Biss dak il-materjal ma kienx fih riħa ta' ħut. Tlabna anke lill-Gvern jagħmel investigazzjoni". Tenna li "nista' ngħid li għaġġilna l-qtil tal-ħut u issa ftit li xejn hemm ħut fil-gaġeġ. Sa ftit ġimgħat oħra, il-gaġeġ jitbattlu. Dan ifisser li naqas l-ikel li jintrema' lill-ħut.
Mitlub jikkummenta dwar dan it-tonn misjub fuq il-blat, id-Direttorat għat-Tindif Ramon Deguara qalilna li "nafu b'dawn ir-rapporti iżda dak it-tonn inġabar mill-operaturi stess". It-tonn li spiċċa fuq ix-xtajiet inġabar mill-operaturi stess Kienu diversi dawk li fl-aħħar jiem sabu tonn imdaqqas fuq il-blat b'mod partikolari f'San Pawl il-Baħar. Filfatt wieħed mill-aħħar każijiet kien eżattament quddiem l-iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar. inewsmalta hu infurmat li dan it-tonn ħarab minn razzett tat-tonn minħabba l-Grigalata qawwija li għamlet. L-operaturi, kif indunaw b'dan ħadu azzjoni u kull fejn kien hemm rapporti ta' tonn mejjet bagħtu ħaddiema minn tagħhom u ġabruh. Mitlub jikkummenta dwar dan it-tonn misjub fuq il-blat, id-Direttorat għat-Tindif Ramon Deguara qalilna li "nafu b'dawn ir-rapporti iżda dak it-tonn inġabar mill-operaturi stess". Wieħed jifhem li l-operaturi tat-tonn qed janalizzaw il-ħsarat li saru f'xi gaġeġ minħabba l-mewġ għoli. Hu mifhum li l-ammont ta' tonn li ħarab kien wieħed żgħir.
1 Comments:
Thanks for sharing, nice post! Post really provice useful information!
Giaonhan247 chuyên dịch vụ gửi hàng đi Úc, mua hộ vòng tay pandora úc ship về Việt Nam uy tín và dịch vụ vận chuyển hàng đi campuchia uy tín và kinh nghiệm cách order taobao về VN giá rẻ.
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home