Il-ħsejjes tal-qniepen Maltin miġburin u arkivjati għal min irid jismagħhom
• Nov 04, 2016 08:45
Forsi jkun hawn min jilmenta għad-daqq tal-qniepen. Mhux l-ewwel darba li kien hemm min ilmenta ma' l-awtoritajiet ekkleżjastiċi dwar id-daqq tal-qniepen. Imma hu fatt li jogħġbok jew ma jogħġbokx id-daqq tal-qniepen hu parti mill-ħajja tagħna ta' kuljum. Id-daqq tal-qniepen tagħna hu parti ukoll mill-festi tradizzjonali Maltin. B'ħidma li ħadet is-snin miż-żagħżugħ Rayden Mizzi, kollezzjoni ta' xejn inqas minn 1,200 nota ta' qniepen li għandna fil-Knejjes Maltin u f'postijiet oħra issa jinsabu arkivjati fl-Arkivji Nazzjonali. Rayden, li għandu passjoni kbira għall-qniepen għadda din il-kollezzjoni lill-proġett tal-memorja nazzjonali li qed jaħdem fuqha l-arkivju nazzjonali. Ta' min jgħid li l-proġett tal-irrekordjar tal qniepen ra l-bidu tiegħu fi Frar tas-sena 2006 fejn fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar irrekordja il-qniepen tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja (il-Mota tal-Ħamis). Jgħid li "eventwalment fis-sena ta' wara bdejt nżur iktar Knejjes billi fl-Għid il-Kbir bis-saħħa ta’ għalliem li kien jgħallimni l-Arti u d-Disinn fl-Iskola tal-Knisja ħadni ndoqq il-qniepen tal-Kon Katidral ta San Ġwann u irrekordjajthom.
F’Mejju żort fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien fil-Festa ta’ Marija Annunzjata fejn iltqajt mad-daqqaqa li jdoqqu fil-festi Maltin u minn hemm ukoll irrekordjajt xi taqsimiet tradizzjonali ta’ kif jdoqqu l-qniepen fiż-żmien il-festa tar-raħal." "Fis-sena 2008 kienet sena fejn bdejt naħseb li nibda bis-serjetà dan il-proġett u żort kważi il-Knejjes kollha fid-dawra tal-Fgura – il-Kottonera, Raħal Ġdid u Ħaż Żabbar", jgħid Mizzi. Jenfasizza li kien fis-sena 2009 meta kompla jifrex il-ħidma tiegħu u kważi żar il-knejjes kollha fejn hemm il-qniepen kbar mill-Mellieħa saż-Żurrieq – xi 25 Knisja b’kollox. "Għal-ewwel darba irrekordjajt il-Libra tal-Mejtin fil-Bażilika u Parroċċa ta’ Porto Salvu u San Duminku l-Belt Valletta" itenni Rayden Mizzi. 'Komplejt inkabbar dan il-proġett u tista’ tgħid li fis-sena 2010 żort il-Knejjes kollha parrokkjali ta’ Malta. F’dik is-sena stess bdejt nħoss li anke nibda nirrekordja l-qniepen tal-kappelli". Dan il-proġett tar-recordings tal-qniepen formalment il-poplu Malti għandu żewġ għażliet minn fejn jismagħhom billi jidħol fis-sit elettroniku YouTube fejn bil-libertà jista' jfittex fejn jrid jisma’ jew inkella jmur l-Arkivju Nazzjonali u jista’ jmur jismagħhom minn hemmek stess.
1 Comments:
Thanks for sharing, nice post! Post really provice useful information!
Giaonhan247 chuyên dịch vụ gửi hàng đi Úc, mua hộ vòng tay pandora úc ship về Việt Nam uy tín và dịch vụ vận chuyển hàng đi campuchia uy tín và kinh nghiệm cách order taobao về VN giá rẻ.
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home