'Ir-rebbieħa' tar-Referendum..........
....m'humiex biss il-kaccaturi
Għadni kif smajt dikjarazzjoni minn Mark Sultana, wieħed minn dawk li mexxa l-kampanja biex tispiċċa l-kaċċa fir-rebbiegħa, liema dikjarazzjoni tgħid li ħadd ma rebaħ f'dan ir-referendum. Ovvjament din id-dikjarazzjoni turik kemm il-kamp tal-Le għadu magħluq f'qafas pjuttost ristrett u jidher li għadu ma fehmx li l-għajta ta' abolizzjoni ta' xi ħaġa partikolari ġiet imwarrba mill-maġġoranza tal-poplu. Wieħed forsi jista' jifhem li dan hu tentattiv minn dik in-naħa biex
jipprova jnaqqas minn din id-disfatta. Disfatta għax skont ma beda jingħad minn taħt l-ilsien minn xi esponenti tal-Le ferm qabel il-kampanja, l-indikazzjoni li kellhom kienet li 60 fil-mija tal-poplu Malti huma kontra l-kaċċa. Imma r-riżultat kien ferm u ferm differenti. Issa hu xogħol tal-Le - biex jaraw fejn kien il-falliment tagħhom.
Fit-toroq u fil-pjazez tal-bliet u rħula b'mod partikolari dawk tan-nofsinhar u dawk tan-naħa ta' fuq tal-gżira, kellek kategoriji sħaħ ta' nies li ħassewhom mheddin minn dan ir-referendum. Theddida li wara l-kaċċaturi xi ħin jew iehor imiss lilhom jew aħjar id-delizzju tagħhom. Meta nstemgħu dikjarazzjoni li l-iskjavitu kien tradizzjoni imma spiċċa u li tradizzjonijiet ħżiena għandhom jispiċċaw, il-biża fost dawn is-sezzjonijiet kibret u bir-raġun.
Il-kaccaturi li għamlu f'din il-kampanja kien li ddefendew b'suċċess id-dritt tad-deroga li nnegozja pajjiżna. Ħadu nifs huma imma magħhom ħadu nifs għadd ta' sezzjonijiet oħra li ma naqsux li jivvutaw mal-Iva għax huma ukoll ħassewhom mheddin. Mheddin minn dawk li waqt il-kampanja tgħidx kemm saħqu fuq id-demokrazija u li jigi rispettat ir-riżultat, iżda wara li sar magħruf ir-riżultat kienu ħafna dawk li infexxew f'tgħajjir saħansitra kien hemm min beda jgħid li jistħi li hu Malti.
Bla dubju ta' xejn li fost dawk li ħadu nifs kien hemm is-sajjieda dilettanti. Ibda minn dawk tal-qasba fix-xtut Maltin u dawk bid-dgħajjes. Ma' dawn żid is-sajjieda tal-harpoon.
Id-dilettanti tan-nar ħadu nifs qawwi ukoll. Dikjarazzjonijiet li dan il-qasam ma jistax jintmissx twarrbu għal kollox minn dawn id-dilettanti. Twarrbu għax minn żmien għal żmien u kważi kull sajf, dawn l-istess dilettanti jiffaċċjaw kritika qawwija minn imkejjen li kienu fuq quddiem fil-kampanja kontra l-kaċċa.
Taqbel jew ma taqbilx, ma' tan-nar intweriet solidarjetà minn għadd ta' persuni midħla jew involuti fil-baned, l-arma u l-festi.
Fost dawk li ħassewhom mheddin kien hemm ukoll dilettanti tal-muturi, taż-żwiemel, karozzi antiki, u dilettanti tal-armi tan-nar fost oħrajn.
Il-mistoqsija li tqum issa hi jekk wara din l-esperjenza tar-referendum u l-effett tagħha fuq is-soċjeta Maltija, hux se nitgħallmu li flok ngħidu inneħħi din u naqtgħu l-oħra, naraw li l-bilanċ u l-kompromess huma l-aħjar triq. Tifhem li min hu rasu mgħaddsa fir-ramel u nteressat biss f'ħaġa waħda, mhux se jasal għal dan.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home