Nuqqas ta' aċċessibilità fil-grawnd tas-Sirens
Kien 15-il sena ilu meta ddaħħlet f'pajjiżna l-liġi dwar l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità. Kienet liġi li għaddiet b'vot unanimu fil-Parlament. Minkejja dan, għadhom isiru lmenti dwar postijiet li mhumiex aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, anki f'postijiet li huma frekwentati regolarment minn persuni b'diżabilità. Każ simili qed iseħħ regolarment fil-grawnd tal-futbol tas-Sirens f'San Pawl il-Baħar. Persuna f'siġġu tar-roti qed tgħaddi minn martirju sħiħ kull meta jmur jara xi logħba futbol f'dan il-grawnd. Fil-fatt saret xi ħaġa kontinwa u donnha aċċettabbli li din il-persuna tintrefa' bis-siġġu tar-roti b'kollox minn diversi persuni biex tara logħba futbol.Mhux magħruf sa issa jekk sarux ilmenti mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, li fil-passat kienet ħadet diversi inizjattivi biex postijiet li ma kinux aċċessibbli, fosthom knejjes, ikunu aċċessibbli. Minn L-ORIZZONT
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home