Effett tal-bidla fil-klima fil-Kiribati |
'Il-bidla fil-klima hi theddida'... Stennija għal dak li se jiġri fis-summit ta' Pariġi
Il-Kapijiet tal-Istati tal-Commonwealth waqt is-summit li sar f'pajjiżna qablu li, "Il-bidla fil-klima hi ta' theddida, liema theddida qed tkompli tikber u tpoġġi f'riskju is-saħħa ekonomika, soċjali, ambjentali u kulturali taċ-ċittadini." Din id-dikjarazzjoni nħarġet ftit sigħat biss qabel is-summit li se jsir f'Pariġi. Dan is-summit hu tan-Nazzjonijiet Uniti u qed jitqies bħala li d-deċiżjonijiet li se jittieħdu fih se jkollhom impatt fuq il-ħajjiet tan-nies li qed jgħixu llum u ta' dawk li se jkun hawn fil-futur. Dan is-summit se jkun qed isir fi żmien meta għadd ta' xjentisti qed iwissu li jekk il-gassijiet serra se jkomplu jiżdiedu, il-bidla fil-klima se tkun katastrofika u rriversibbli.Intant, waqt li diversi pajjiżi fosthom il-Kanada qiesu ċ-CHOGM f'Malta bħala 'kamp ta' taħriġ' għas-summit ta' Pairiġi, l-Istati tal-Commonwealth ħarġu dikjarazzjoni li permezz tagħha esprimew it-tħassib dwar il-bidla fil-klima.
Id-dikjarazzjoni tgħid li, "Ħafna mill-Istati u kommunitajiet vulnerabbli, diġa qed jiffaċċjaw l-impatti negattivi tal-bidla fil-klima. Dawn iwasslu biex jitfgħu lura żviluppi li jkun sar. Għal xi wħud din hi theddida eżistenti. Hemm pajjiżi li diġa qed isofru minn ħsara u telf assoċjata mal-effetti tal-bidla fil-klima. Il-konsegwenzi tal-bidla fil-klima jistgħu jkunu katastrofiċi u jeħtieġ li jkun hemm rispons adekwat u urġenti."
Id-dikjarazzjoni finali tirrikonoxxi l-fatt li kien fis-sena 1988 li b'inizjattiva ta' Malta, l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda rrikonoxxiet li "il-bidla fil-klima hi ta' tħassib komuni għall-umanità". Id-dikjarazzjoni enfasizzat li, "Nirrikonoxxu li aħna b'mod differenti u bi proporzjonijiet varji, ikkontribwejna għall-bidla fil-klima. Fl-istess ħin, jidher biċ-ċar li pajjizi għar u inqas żviluppati, qed ibatu minn piż sproporzjonat minħabba l-effetti tal-bidla fil-klima. Qegħdin issa nimmobilizzaw sforzi nazzjonali u globali biex inżommu t-temperatura medja globali inqas minn 2 gradi Celsius fuq il-livelli pre industrijali."
Id-dikjarazzjoni qalet ukoll li, "Nirrikonoxxu l-assessment xjentifiċi mill-Panel Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima." L-istess dikjarazzjoni tippromovi li jkun hemm bidla fl-użu ta' l-enerġija fejn issa qed tippromwovi enerġija rinnovabbli, nadifa u baxxa f'dawk li huma emissjonijiet. Tippromovi wkoll appoġġ għal stati vulnerabbli.
Intant il-mexxejja tal-Commonwealth laħqu ftehim biex jiffurmaw hub għat-tibdil fil-klima biex jiffaċilità l-aċċess għall-fondi minn stati żgħar. Il-Kanada wiegħdet li fil-ħames snin li ġejjin se tkun qiegħda tikkontribwixxi f’$2.5 biljun biex tgħin pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jikkumbattu t-tibdil fil-klima.
Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-Moon u għamel referenza għal COP 21, summit li se jitlaqqa’ fi Franza dwar it-tibdil fil-klima. Għalkemm ma tax indikazzjonijiet ta’ x’jista’ jkun l-eżodu minn dan is-summit, huwa esprima ottimiżmu li kulħadd għandu l-għan li jiġbed ħabel wieħed.
Minn L-ORIZZONT
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home