Protesta f'Londra qabel
iċ-CHOGM f'Malta
Fil-forums li jsiru qabel jinbeda iċ-CHOGM fil-People's Forum saru għadd ta' interventi fuq li jkun hemm aktar inklussività u l-ħidma tas-soċjetà ċivili, fejn spikkaw diversi interventi dwar kwistjonijiet marbutin ma' orjentazzjoni sesswali. Biss waqt li kienu qed isiru dawn l-interventi quddiem il-kwartieri tal-Commonwealth f'Londra saret protesta b'mod partikolari dwar in-nuqqas ta' drittijiet għall-persuni gay f'għadd kbir ta' pajjiżi tal-Commonwealth. Il-messaġġ tal-protesta kien ċar u dan kien li xejn inqas minn 40 pajjiż minn 53 pajjiż li jiffurmaw il-Commonwealth li persuna tkun gay għadu meqjus bħala "reat kriminali".
Ta' min jgħid li "f’għeluq il-People’s Forum, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qasmet il-viżjoni tagħha ma’ dawk preżenti u stqarret fuq il-bżonn ta’ iżjed inklussività u dan permezz ta’ ħidma mis-soċjeta’ ċivili.
B'kollox kien hemm madwar 50 persuna li inġabru quddiem il-kwartieri ġenerali tal-Commonwealth u fost is-sejħiet li għamlu kien hemm dik li l-omosesswalità ma tibqax meqjusa bħala reat kriminali. Huma sejħu biex ikun hemm leġislazzjoni għal drittijiet indaqs għal persuni gay u dan b'konformità mal-prinċipji tad-drittijiet umani taċ-Charter tal-Commonwealth u tad-Dikjarazzjoni Univerali għad-Drittijiet Umani.
Din il-protesta saret mill-Organizazzjoni tal-LGBTI fl-Afrika, The Out and Proud Diamond Group, Rainbow Across Borders, Rainbow Internatioanl u Peter Tatchell Foundation.
Peter Tatchell, Direttur tal-Organizazzjoni Peter Tatchell Foundation iddikjara li "għal xejn inqas minn 66 sena, is-summit tal-Commonwealth irrifjuta li jiddiskuti kwistjonijiet marbutin mal-orjentazzjoni sesswali u d-drittijiet tal-bniedem. Iċ-CHOGM m'għandux ikun differenti. Id-drittijiet ta' persuni gay għandhom jitpoġġew fuq l-aġenda. Iddikjara li 40 pajjiż minn 53 stat membru tal-Commonwealth għadhom qed iqisu l-omosesswalità bħala reat kriminali. Disgħin fil-mija ta' ċittadini tal-Commonwealth jgħixu f'pajjiżi fejn l-omosesswalità hi offiża kriminali. Din hi rigressjoni omofobika li qed tmur dejjem għall-agħar fosthom fl-Uganda, il-Kamerun, in-Niġerja u l-Brunei.
Aderonke Apata, refuġjat Niġerjan u fundatur ta' African Rainbow Family, qal li "fin-Niġerja is-sitwazzjoni għall-persuni gay qed tmur għall-agħar, apparti ħabs għal 14-il sena, relazzjoni bejn persuni tal-istess sess jistgħu jwasslu għal sentenza ta' mewt u tħaġġir f'xi reġjuni."
Ta' min jgħid li l-President tan-Niġerja Mohammadu Buhari jinsab f'Malta għas-summit tal-Kapijiet tal-Istati tal-Commonwealth.
L-ORIZZONT
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home