L-akbar theddida
għal Malta mhix ġejja mit-terroristi imma mill-Oppożizzjoni......
L-Oppożizzjoni
toħroġ ‘l barra mill-Parlament....titlef
iċ-ċans li
titkellem fuq it-terroriżmu
Bl-Oppożizzjoni
Nazzjonalista eżatt wara r-ruling li ta’
l-Ispeaker Anġlu Farrugia dwar l-inċident bejn id-Deputat Laburista Joe Debono
Grech u d-Deputata Indipendenti Marlene Farrugia iddeċidew li joħorġu l-barra
bi protesta, wassal biex finalment huma tilfu l-opportunita li jistaqsu
lill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela dwar it-terroriżmu u l-każijiet ta’
persuni Sirjani u oħrajn li nqabdu ġejjin lejn Malta b’passaporti foloz. Kien
id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami biss li daħal u staqsa hekk kif
l-Oppożizzjoni ħarġet l-barra mill-Parlament u sejħet il-ġurnalisti biex turi
nuqqas ta’ qbil tagħha mar-ruling. Wara
l-Oppożizzjoni permezz tal-Kap tal-Oppożizzjoni talbu li jitkellmu iżda meta
ntalab dan kien għadda l-ħin tal-mistoqsijiet dwar l-istqarrija ministerjali,
liema stqarrija spjegat dak li ġara fir-rigward tal-persuni li nqabdu f’ajruporti
barranin b’passaport foloz u li kienu ġejjin f’Malta.
Il-Prim Ministru
Joseph Muscat qal li ‘aħna ma noqogħdux fuq il-portals imma fuq dak li
jgħidulna l-awtoritajiet Taljani. Ngħid
jien tal-mistħija kif il-medja
Nazzjonalista qed tipprova tbeżża.
Il-passaporti foloz li nstabu ma
nħarġux minn Malta imma mill-Awstrija u mill-Greċja. Li kien qed jiġri hu li
dawn kienu nies li kienu qed jidħlu għax meta jmorru l-Italja u jippreżentaw
id-dokument fiċ-check in u jgħaddu u aħna hawn ma stajniex inżommuhom għax
qegħdin fix-Schengen. Qed nissospendu x-Schengen biex naraw kemm hi kbira
l-problema. Jien ngħid kif jista’ jkun
li f’dan il-pajjiż nħallu n-nies jidħlu fil-pajjiż qisu qatt ma ġara xejn. Aħna qed ngħidu li dawn jiġu hawn mhux
għax-xogħol biss imma għall-ażil ukoll.
Lesti nirrevedu dan l-arranġament kull ġimgħa. Se nagħmlu dak kollu possibbli biex
nipproteġu lil pajjiżna.”
Il-Kap
tal-Oppożizzjoni, Dr. Simon Busuttil ilmenta li hu ma kienx jaf b’din
l-istqarrija u sar jaf biss wara li kienet saret.
Il-Ministru
għall-Intern, Carmelo Abela qal li “s-sigurta
qed tingħata l-aqwa importanza. L-Oppozizzjoni trid tuża l-biża u
t-terrur. L-uniku theddida li għandna
f’dan il-pajjiż mhix ġejja mit-terroristi imma mill-Oppożizzjoni. Is-sigurta hi
fdata f’idejn il-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta. Naturalment aħna konna
għamilna talba lill-Gvern Ingliż, u din kienet l-istess talba li saret fis-sena
2005. Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea
jirrikjedu li inti trid tippreżenta xi tip ta’ identifikazzjoni fl-ajruport. Li
qed jiġri hu li t-tluq u dħul minn Malta
issa qed jiġu ċċekkjati. Sa issa jidher
li mindu daħħalna l-ispezzjonijiet ma deherx li hemm problemi. M’hemm l-ebda allarm fejn jidħol
it-terroriżmu allinqas sa issa. Qed naħdmu ma’ pajjiżi oħra biex ngħaddu
l-informazzjoni ‘l xulxin. L-Oppożizzjoni
għandha ħabta tħawwad l-affarijiet u issa ħarġu b’li hawn racket. Din hi irresponsabbilita
kbira. Hi irresponsabbilita li jitfgħu t-tajn u jagħmlu dikjarazzjoni u ma
jissostanzjawhomx. Hi responsabbilita
tagħhom li jekk għandhom xi informazzjoni jgħadduha lill-Pulizija. Illejla stess fuq ir-radju tal-Partit
Nazzjonalista nisimgħu l-allarm waqt programm fejn qalulna li ‘dan kollu
jammonta għal ċirku organizzat, cirku
perikoluż ħafna ta’ nies barranin ħafna
minnhom Sirjani li akkwistaw passaporti foloz u daħlu f’pajjiżna. Id-dokumenti foloz
ma nkisbux minn pajjiżna u li dawn il-persuni ma daħlux f’pajjiżna. Dejjem ninsisti li fis-sigurta nazzjonali m’għandhiex tiddaħħal il-politika
partiġġjana.”
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home