"Impressjonata kif Malta ġabet lil dawn il-
mexxejja taħt saqaf wieħed…nifraħ lil Malta għal dan"
- Il-Ministru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Irlanda
Il-Ministru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Irlanda Francis Fitzgerald, meta kkummentat ma' L-ORIZZONT, qaltilna li "kienet xi ħaġa impressjonanti kif Malta irnexxielha ġġib lil dawn il-mexxejja ta' żewġ kontinenti taħt saqaf wieħed. Irrid nifraħ għal dan lil Malta".
Dwar is-summit qalet li s-summit kien wieħed validu ħafna u dan għax hemm pjan ta' azzjoni li fih ħafna miżuri b'xi wħud se jibdew jitwettqu fis-sena 2016. Qalet li issa kollox jiddepdenti fuq l-implimentazzjoni.
Dwar jekk €1.8 biljun għall-Afrika humhiex biżżejjed, hi qaltilna li "dan hu biss il-bidu". Hi spjegat li dan il-fond hu parti mill-inizjattivi li ttieħdu u qalet li ddiskussjoni ffukat ukoll fuq materji oħra fosthom l-iżvilupp fl-enerġija u l-ħolqien tax-xogħol fl-Afrika.
Minn L-ORIZZONT
Ritratt Ian Noel Pace
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home