'Jekk m'għamilna xejn tajna
imbutattura…..la pessimist u lanqas ottimist"
- Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, George Vella
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Dr. George Vella, f'kummenti li għadda lil L-ORIZZONT dwar l-andament tal-Valletta Summit spjega li issa l-importanti hu li min hawn 'l quddiem wieħed jara li dak li ġie maqbul u mwiegħed jitwettaq saż-żmien indikat. Hu qalilna li la jinsab ottimist u lanqas pessimist.
Fil-kumment tiegħu qalilna li "qed isiru dikjarazzjonijiet u qed isiru impenji b'rieda tajba ħafna anki bid-dispożizzjoni ta' min qed jitkellem. Trid tara x'se jitwettaq minn dak li qed jingħad. Hemm ħafna wegħdiet li qed isiru u ħafna diskorsi li qed isir fil-linja finali u l-pjan ta' azzjoni. L-importanti hu x'se jiġri minn issa li quddiem. Il-proċessi ta' Rabat u Khartoum inġabu flimkien. Kulħadd jaf li hemm problemi enormi minn fejn jgħaddu u minn fejn jiġu l-immigranti u l-kawżi tal-immigrazzjoni huma kbar. Wieħed irid jara dak li se jwettqu l-mexxejja fil-perjodu sa 2016. Irid isir il-monitoraġġ ta' dak li ntqal u wieħed jara jekk dak li ntqal sarx jew waqajniex lura. La nista' nkun ottimist u lanqas pessimist. Rajna li anki fl-Unjoni Ewropea dwar kif se tqassam ir-refuġjati hemm differenżi. L-imbutatutra qiegħda hemm u jekk ma nkunu għamilna xejn nkunu tajna dinl-imbutattura", sostna George Vella.
L-ORIZZONT staqsa lil Ministru Vella dwar id-dikjarazzjoni iebsa li għamel il-President Franċiż Hollande fil-konfront tal-Eritrea. Dr. Vella Qalilna li 'aħna l-Eritrea, kellna problema meta kienu jiġu ħafna nies ġejjin minn hemm. Illum suppost li s-sitwazzjoni fl-Eritrea, anki l-gwerra mal-Etjopja waqfet. Anki mis-Somalja m'għadhomx jiġu bħal qabel hemm relazjoni bejn pajjiż u iehor kif jaraw l-affarijiet b'mod differenti. L-importanti hu li s-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż ma tmurx għall-agħar."
Minn L-ORIZZONT
Ritratt Ian Noel Pace
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home