Hollande u Renzi…..jammiraw
il-Port il-Kbir u l-għawwiem 'Belti'
Waqt li kien għaddej il-Valletta Summit, spikka mument fejn il-President Franċiż Francois Hollande u l-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi qattgħu ftit ħin mhux ħażin barra Dar il-Mediterran jammiraw is-sbuħija tal-Port il-Kbir. F'mument spikka l-fatt li tnejn li huma bdew jippuntaw is-swaba tagħhom lejn il-baħar u ikkummentaw fuq 'għawwiem Belti' li dak il-ħin kien qed jieħu għawma.
L-ORIZZONT ipprova jieħu kumment mingħand il-Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi, anki dwar il-fatt li kien qed ikun hemm kritika minn xi Afrikani dwar dik li ssejħet nuqqas ta' parteċipazzjoni minn Renzi f'dan is-summit. Filfatt matul il-ġurnata tal-bieraħ hu għamel ħafna mill-ħin barra Dar il-Mediterran, ħafna drabi jitkellem fuq il-mowbajl.
Meta avviċinajnieh għamlilna sinjal li ma jixtieq jagħti kummenti, iżda aktar tard meta għadda minn quddiemna irrimarka li "tuni minuta għal privatezza. Qed inċempel fuq il-mowbajl".
Sa issa għad mhux magħruf għaliex l-Italja għażlet li ma tkunx attiva daqs pajjiżi oħra Ewropej.
Minn L-ORIZZONT
Ritratt Ian Noel Pace
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home