"'Inspector Dipshit….istħi
jekk taf - bidwi"
- Matthew Thomas Fenech, it-tifel tal-President tal-Eżekuttiv tal-PN
Li wieħed jikkriitka u jikkummenta fejn ma jaqbilx mal-awtoritajiet jew mal-gvern tifhimha. Imma li wieħed jispiċċa jgħajjar b'mod vulgari lil ogħla awtoritajiet fil-pajjiż, u saħanistra tinkiteb fuq sit soċjali, żgur li hi xi ħaġa li ma tantx tinftiehem.
Dan hu l-isfond ta' dak li nkiteb fl-aħħar jiem minn Matthew Thomas Fenech, fejn dan wara li nħarġet l-aħbar li l-Prim Ministru kien lest iħassar iċ-CHOGM f'każ ta' theddid kredibbli fuq Malta, hu attakka lill-Prim Ministru u sejjaħlu 'inspector dipshit'". Jgħidlu li darba oħra qabel joħroġ 14,000 passaport lil 'Alla biss jaf lil min' hu għandu jaħsibha mill-ġdid. L-istess Matthew Thomas Fenech jgħid ukoll li "istħi jekk taf - bidwi".
Matthew Thomas Fenech jiġi t-tifel tal-President tal-Eżekuttiv Nazzjonalista Dr. Anne Fenech. Ta' min jgħid li l-kumpanija ta' Dr. Fenech, li hi Fenech and Fenech Advocates, hi aġenti tal-iskema tal-IIP. Fenech fil-kumment tiegħu kien qed jikkritika fost oħrajn il-ħruġ ta' 14,000 permess ta' residenza f'sena għal persuni minn pajjizi terzi, għalkemm fil-kumment tiegħu hu jirreferi għal passaporti.
Waqt li Matthew Thomas Fenech jikkritika l-permessi ta' residenza, jirriżulta li l-kumpanija ta' ommu, Fenech and Fenech Advocates tgħid li fis-snin li għaddew hi kienet involuta b'mod attiv permezz ta' avukati speċjalizzati biex tassisti persuni mill-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi terzi b'rabta ma' materji ta' immigrazzjoni. Fis-sit ta' Fenech and Fenech jingħad li Malta toffri dik li tissejjaħ l-Iskema ta' Residenza Permanenti. Fis-sit jingħad li dawk il-persuni li jieħdu l-Iskema Permanenti ta' Residenza huma suġġetti għal benefiċċji fit-taxxa. Is-sit jgħid ukoll li d-Dipartiment tat-Taxxa jipprovdi pariri legali b'rabta mal-Iskema ta' Residenza Permanenti. Fenech and Fenech Advocates jgħidu li l-grupp jassisti klijenti fejn jirrigwardaw applikazzjonijiet għal permessi ta' residenza permanenti.
minn L-ORIZZONT
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home