Malli tissikka…..il-kreattività u l-immaġinazzjoni
tibda taħdem biex isibu metodi ġodda ta' prekarjat
- il-Ministru Helena Dalli
"Sar ħafna xogħol fuq il-kwistjoni tal-prekarjat imma dejjem jibqa' xi jsir. Dan għax min iħaddem b'mod prekarju, jibda jdur mal-liġi u għalhekk dejjem trid tagħmel aktar salvagwardji. Dan għax kif tagħmel aktar issikkar il-kreattività u immaġinazzjoni tibda taħdem u jsibu metodi ġodda kif iduru mal-liġi".
Fl-intervent tagħha dwar l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta l-miżuri tal-estimi, l-Ministru Dalli qalet li "se nkunu qed ningaġġaw aktar spetturi u aktar termination officers, li jaħdem fl-infurzar tal-liġi tax-xogħol biex jitħarsu r-regolamenti tal-Gvern b'mod partikolari dwar ix-xogħol prekarju. Ix-xogħol prekarju jinkwetana ħafna għax dan jiddetermina l-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema u l-familji tagħhom. Sar ħafna xogħol imma dejjem jibqa' xi jsir. Dan għax min iħaddem b'mod prekarju, jibda jdur mal-liġi u għalhekk dejjem trid tagħmel aktar salvagwardji. Kif tagħmel aktar issikkar il-kreattività u immaġinazzjoni tibda taħdem u jsibu metodi ġodda kif iduru mal-liġi. L-ewwel li konna għamilna kien li ħriġna regolamenti biex min iħaddmek itik 'pay slip' u dan biex meta nibagħtu l-ispetturi isibu fejn jinvestigaw. Għamilna ukoll il-lista s-sewda għall-kumpaniji fejn dawn ma jkunux eleġibbli li japplikaw għal tenders tal-Gvern".
Tenniet li "ivvutajna aktar minn €5 miljun biex ħaddiema li jaħdmu ma' kuntrattur f'entità tal-Gvern, fejn dawn il-pagi tagħhom se jkunu l-istess bħal ħaddiema tal-gvern għall-istess xogħol. Kien hawn inġustizzja kbira għal ħafna snin, fejn skrivana tal-Gvern titħallas mod u tal-kuntrattur titħallas inqas għall-istess xogħol li jagħmlu. Kellek anke careworkers u uffiċjali tas-sigurtà affettwati minn din il-ħaġa. Jibqa' jkun hemm min idur mal-liġi, iżda l-impenn tal-Gvern b'mod konkret hu li jkompli jiġġieled u għalhekk se nżidu l-ispetturi. Baqa' ħafna xi jsir. Ta' kuljum nisma' b'każi ta' ħaddiema li m'għandhomx kundizzjonijiet mhux tajbin. Dawn is-sidien tal-postijiet tax-xogħol mhumiex il-maġġoranza. Ikollna rapporti ta' abbużi u ta' kuljum qed naraw x'inhu dawn is-sitwazzjonijiet. Qed ikollna aktar każijiet fejn nindunaw li jkun hemm abbużi."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home