3,034... monument diġitali aġġornat biex ifakkar il-vittmi tal-vjaġġi ta' tama
Minkejja kull sforz li saru biex jiġu salvati l-ħajjiet fil-vjaġġi ta' tama mil-Libja lejn l-Ewropa, u minkejja l-missjoni tal-Unjoni Ewropea 'Sophia' u l-bastimenti ta' għaqdiet nongovernattivi, fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, għat-tielet sena konsekuttiva, l-għarqiet ta' immigranti qabżu t-3,000 persuna.- Meta wieħed iqabbel dawn is-sitt xhur ma' dawk tas-sena li għaddiet,
isib li l-imwiet ta' immigranti żdiedu b'aktar minn 50 fil-mija.
Quddiem dan, f'Barċellona, is-sindku tal-belt, Ada Colau, inawgurat monument diġitali li se jfakkar l-imwiet ta' persuni fil-vjaġġi ta' tama. Monument li se jkun qed jiġi aġġornat bl-imwiet li jkunu qed iseħħu.
Fuq il-monument hemm imniżżel ċar u tond li, "Dawn mhumiex numri imma persuni".
inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home