Propost park olimpiku tal-isparar f'nofs żona rurali fir-Rabat
Diversi bdiewa li għandhom għelieqi fl-inħawi ta' Misraħ Suffara - żona agrikola li tinsab bejn ir-Rabat u Ħad-Dingli - jinsabu mħassbin minħabba li barriera abbandunata li hemm fis-sit issa qed ikun propost li tibda tintuża biex isservi ta' "Olympic Shooting Park".- F'din il-proposta qed jintalab li f'din il-barriera jkun hemm ħames ranges tal-isparar, faċilitajiet anċillari u anke ħanut.
Bidwi li tkellem magħna qalilna li, "M'aħniex kontra faċilitajiet sportivi iżda żgur li dan mhux postu hawn, f'żona agrikola. L-ewwel nett għandek triq li hi dejqa u ma naħsbux li din tiflaħ għat-traffiku li jkun ġenerat. Mistoqsija oħra hi fejn se jipparkjaw il-karozzi li jiġu. Sa fejn nafu aħna, barrieri abbandunati kellhom jiġu riabilitati u jsiru ġonna jew raba', u mhux jintużaw għall-żvilupp. Għall-inqas kull meta ssemmiet din il-barriera dejjem hemm qalulna.”
Bidwi ieħor li tkellem magħna qalilna li, "Din hi żona reklamata għall-mixjiet fil-kampanja. Magħrufa għall-kwiet u s-serenità. Bi proġett simili, din iż-żona se tkun disturbata. Nittamaw li l-għaqdiet ambjentali u l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu l-oġġezzjonijiet tagħhom.”
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home