Wara li żżeffen it-tanker tal-gass... Franco Debono jirreaġixxi u jgħid li "dan hu r-rigal tal-PN"
Wara li fl-argumentazzjoni tiegħu l-Kunsillier Nazzjonalista f'Birżebbuġa Hermann Schiavone beda jsemmi t-tanker tal-gass li se jkun stazzjonat fil-port ta' Marsaxlokk u anke semma' dan f'kontro mozzjoni li ressaq, irreaġixxa għal dan l-eks Deputat Parlamentari Franco Debono.F'kumment li kiteb fis-sit soċjali tiegħu qal li "wara 25 ta' traskuraġni u nuqqas ta' strateġija fl-enerġija l-Partit Nazzjonalista qed jaħseb li qed jagħmel xi opra jikkritika t-tanker tal-gass proviżorju..X'kellu jagħmel Gvern Laburista - jibqa' juża' l-HFO jew l-faħam ladarba lanqas l-impjant tal-enerġija tal-Marsa ma ngħalaq f'25 sena? It-tanker huwa r-rigal tal-Partit Nazzjonalista lill-inħawi ta' Birżebbuġa u Marsaxlokk. Rigal mgeżwer ġo 25 sena ta' traskuraġni u nuqqas ta' pjanar serju fil-qasam tal-enerġija fejn qatt ma sar assolutament xejn biex pajjiżna jkollu infrastruttura għall-gass. Meta nara t-tanker jien niftakar fit-traskuraġni u inkompetenza tal-Partit Nazzjonalista li f'25 sena lanqas rnexxxielu la jagħlaq l-impjant tal-enerġija tal-Marsa u lanqas iħallas ċenteżmu mill-impjant tal-enerġija ta' Delimara, aħseb u ara kemm iħejji għal-infrastruttura tal-gass"
Hu qal ukoll li "wara snin ikunu kkastigati u maħqurin inġustament ir-residenti ta' Birżebbuġa u Marsaxlokk sabu min jistmahom u min jagħtihom d-dinjità li jixirqilhom. Nieħu gost nisma' dikjarazzjonijiet tal-Prim Ministru li juru għaqal u s-sens ta' bilanċ bejn d-drittijiet tar-residenti u rispett lejn l-ambjent fuq naħa waħda u l-ħtiġijiet industrijali fuq n-naħa l-oħra. Wara ħames snin nitkellem fil-Parlament dwar dan kollu bħala deputata tal-Ħames Distrett, inħoss sens kbir ta' apprezzament lejn l-Gvern Laburista li qed jimplimenta din l-viżjoni li jien ħlomt u tkellimt dwarha fil-Parlament, flimkien ma' oħrajn. Jiddispjaċini ħlejt ħafna ħin nitkellem ma' min ma riedx jisma', nagħmel proposti li illum qed jitwettqu, u allura kienu validi, iżda li l-amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti mhux biss ma tatx każ iżda talli pruvat tiskreditani. Dan falla u ġab riżultati katastrofiċi fuq min orkestraha".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home