Immigranti sfurzati jagħtu d-demm...76% esperjenzaw abbużi u ħtif
Għal dawn l-aħħar xhur kien hemm diversi persuni li vvjaġġaw mill-Libja jew l-Eġittu lejn l-Ewropa u dawn irrakkontaw kif kien hemm każi fejn ġew offruti flus biex huma jagħtu organi. Dawn dejjem kienu esperjenzi individwali. Issa, fi stħarriġ li għadu kif sar, ġie stabbilit li hemm xejn inqas minn 5 fil-mija ta' immigranti li qasmu mil-Libja f'temp ta' xahar li rrakkontaw li jafu b'każi simili. Oħrajn, saħansitra iddikjaraw li kellhom jagħtu demm bil-fors.Stħarriġ li għadu kif sar mill-Organizazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni (IOM) qed juri li 76 fil-mija tal-persuni li jkunu għadhom kif ġew salvati fil-vjaġġ mil-Libja lejn l-Ewropa, iddikjaraw li kienu esperjenzaw abbużi, ħtif jew torturi mit-traffikani. L-immigranti kienu intervistati bejn l-24 ta' Ġunju u t-3 ta' Awwissu u b'kollox ġew intervistati 1,400 persuna.
Din l-informazzjoni qed tipprovdi evidenza mill-aktar ċara f'dak li hu traffikar ta' persuni mil-Libja.
L-immigranti semmew diversi każi ta' abbużi fosthom li ma tħallsux ta' xogħol li għamlu, li nħatfu u li kienu torturati. Fil-maġġoranza tal-każi dawn ġew esperjenzati fil-Libja.
Kien hemm immigranti li rrakkontaw kif kienu vittmi ta' xogħol sfurzat u attivitajiet oħra kontra r-rieda tagħhom. Kien hemm min kien avviċinat biex iżewwġuh u oħrajn kienu maqfulin.
Kien hemm 5% tal-immigranti intervistati li qalu li kienu jafu b'każijiet fejn persuni waqt il-vjaġġ kienu offruti flus kontanti u dan biex jagħtu ċertu organi jew demm. L-immigranti qalu li dan seħħ fil-Libja jew fl-Eġittu. Kien hemm diversi immigranti qalu li kellhom jagħtu demm kontra r-rieda tagħhom.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home