L-adozzjonijiet internazzjonali naqsu... il-Gvern Malti b'ħidma għal opportunitajiet ġodda
Sa ftit xhur ilu kien issemma' li kienet għaddejja ħidma bl-għan li jkun hemm adozzjonijiet minn koppji Maltin lejn il-Ghana u l-Filippini. Dan fl-isfond tad-diffikultajiet li kien qed ikun hemm hekk kif għadd ta' pajjiżi għadd ta' pajjiżi għalqu l-bibien għall-adozzjonijiet internazzjonali. Ftit tal-ħin ilu l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia għamel konferenza stampa li fiha ta' rendikont tal-ħidma li qed jagħmel il-Gvern biex jinfetħu opportunitajiet ġodda għall-koppji Maltin. Fost il-pajjiżi li għaddejjin negozjati magħhom hemm il-Bulgarija, iċ-Ċili, il-Brażil, il-Vjetnam u l-Polonja. Mal-Vjetnam u l-Polonja il-ftehim jinsab fil-fażi finali. Mal-Kambodja hemm ftehim iffirmat għal meta dan il-pajjiż jiddeċiedi li jiftaħ il-bibien tiegħu għal adozzjonijiet.
Irid jingħad li fl-aħħar snin Malta rat tnaqqis f'dawk li huma adozzjonijiet, għalkem is-sena li għaddiet reġgħu bdew jiżdiedu. Biss fl-isfond internazzjonali, kien hemm tnaqqis f'dawk li huma adozzjonijiet. Jekk nieħdu l-Italja naraw li fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2015, kien hemm tnaqqis ta' aktar minn nofs f'dawk li huma adozzjonijiet minn pajjiżi oħra. Waqt li fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2015 kien hemm 3,189 adozzjoni internazzjonali minn koppji Taljani, fis-sena 2012 kien hemm 8,540 adozzjoni, 7,421 fis-sena 2013 u 6,739 fis-sena 2014. Jekk wieħed jieħu l-Istati Uniti naraw li fis-sena 2015 6,408 adozzjoni meta fis-sena 2005 kien hemm 22,508.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home