Thursday, August 11, 2016

Qroll 'illegali' abbord jott destinat għal Malta mit-Tuneżija

L-awtoritajiet tad-Dwana fit-Tuneżija qabdu xejn inqas minn 315-il kilogramm ta' qroll, li kien maħsub li se jġib il-prezz ta' madwar €600,000.
    L-awtoritajiet Tuneżini kkonfiskaw dan il-qroll waqt spezzjoni li saret fuq jott li kien sorġut fil-yacht marina f'Monastir. L-aġenzija Agence Tunis Afrique Presse qalet li l-Kap tad-Dwana, Sami Hassoun, ikkonferma dan il-każ.
    Il-jott ġie kkonfiskat għal aktar investigazzjonijiet. Dan hu proprjetà ta' persuna Tuneżina u oħra Olandiża. Il-jott, skont l-uffiċjali Tuneżini, kien fi triqtu lejn Malta.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home