Mhux se jsir qtil ta' ħamiem f'Ħal Qormi
F'żoni f'Ħal Qormi huma diversi dawk ir-residenti li lmentaw minn ħamiem li stabbilixxa ruħu fl-inħawi. Biss minkejja dak li sar f'Ħal Balzan ftit ġimgħat ilu, fejn għadd ta' ħamiem inqatel u nħolqot kontroversja sħiħa, il-Kunsill ta' Ħal Qormi iddeċieda li ma jinqatilx ħamiem fil-lokal. Is-Sindku ta' Ħal Qormi, Rosianne Cutajar, ikkummentat dwar dan u kkonfermat li l-kunsill hu wieħed b'kuxjenza dwar l-annimali u mhux se jinqatel ħamiem.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home