Tuesday, August 9, 2016

L-HMS Illustrious għall-iskrap...kellha rabta storika mal-Isla

L-aircraft carrier HMS Illustrious, għandha rabta storika mal-Isla u dan minħabba li fit-Tieni Gwerra Dinjija kienet daħlet għal tiswijiet fit-tarzna u dan wassal għal attakki qawwijin mill-Ġermaniżi tant li mietu ħafna Maltin għadd ta' djar fl-Isla iġġarrfu.  Minkejja  tentattivi biex tinbiegħ fejn kienu fallew tentattivi biex tinbiegħ lil Ġibiltà, fl-aħħar ġimgħat ġie deċiż li tinbiegħ għall-iskrap. Filfatt issa saret sejħa biex dawk interessati jitfgħu l-offerti għal dan. Dan ifisser li l-pjan biex din tkun mużew issa taru mar-riħ.

F'Malta kien hawn persuni li kienu bdew jiġbru petizzjoni biex din titgħarraq f'Malta minħabba r-rabta li għandha ma' Malta.  Kelliem għall-Ministeru tad-Difiża Ingliż, meta tkellem ma' ġurnali Ingliżi qal li "għamilna minn kollox fl-aħħar sentejn biex jinsibulha post fejn titpoġġa.  Biss ma ressqet ebda prosposta suffiċjenti għal dan. 

Kien hemm minn ta' l-inqas tlett proposti  għal dan il-bastiment fosthom dik mill-Kunsill ta' Hull li ried li jagħmilha mużew, waqt li negozji f'Portsmouth riedu li jagħmluha ċentru tal-konferenzi.

Intant f'Malta fost ħafna veterani tat-Tieni Gwerra Dinjija, l-HMS Illustrious iġġibilhom memorji ta' dak li għaddew minnu waqt fl-eqqel tal-gwerra. F'petizzjoni li kienet inġabret biex din titgħarraq f'Malta kien intqal li "Malta jistħoqqilha li jkollha bastiment navali Ingliż mgħarraq hawn, fejn dan ikun jista' jservi ta' monument taħt il-baħar waqt li anke jgħin biex Malta tkompli tkun attrajenti għall-bugħaddasa. Il-petizzjoni tgħid li din għandha tkun monument għal dawk kollha li mietu fil-gwerra. Kienu diversi dawk li sa issa ffirmaw il-petizzjoni mir-Renju Unit u kkummentaw li jaqblu li tinġab hawn minħabba ir-rabta storika.



Veteran tat-Tieni Gwerra Dinjija f'kummenti li għadda lil inewsmalta.com qalilna li "nittamaw li għallinqas issa l-awtoritajiet kompetenti f'Malta għandhom jaraw li forsi jiġu akkwistati xi oġġetti minn fuq dan il-vapur biex jibqgħu jintwerew u jitgawdew f'pajjiżna".

Irid jingħad li ftit snin ilu kienet saret kompetizzjoni fotografika mill-Qawwa Navali Ingliża. Fost ritratti li ġibdu l-għajn kien dak tal-HMS Illustrious tidher mingħajr ajruplani militari fid-dħul tagħha fil-Port il-Kbir. 

Ir-ritratt li fih jidher il-port u l-HMS Illustrious inġibed minn Dean Nixon.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home