Drenaġġ f'Marsamxett fil-Belt Valletta
2:50: Ftit tal-ħin wara li dan il-ġurnal irrapporta dwar ilment ta’ drenagg li kien ħiereġ fit-triq, ittieħdet azzjoni u l-istess drenaġġ tnaddaf. Aktar qabel: Dalgħodu għadd ta' persuni li jiffrekwentaw iż-żona ta' Marsamxett fil-Belt Valletta, żona li ħafna jmorru fiha biex jgħumu, bdew jilmentaw minn drenaġġ li beda jiskula minn post partikolari. Id-drenaġġ infirex sew mat-triq. Għawwiem li kkuntattja lil inewsmalta.com qalilna li "id-drenaġġ infirex sew u qed jiskula fil-baħar. Nittamaw li titteħed azzjoni immedjata biex dan il-ħruġ ta' drenaġġ jieqaf".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home