Monday, August 8, 2016

"Il-korruzzjoni saret istituzzjonalizzata... il-Gvern issa qed jagħlaq ħalq l-investigaturi"
            - Simon Busuttil

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil dalgħodu fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista iddikjara li l-korruzzjoni fil-pajjiż issa saret istituzzjonalizzata. Qal li dan ifisser li issa l-Gvern mhux biss qed jagħlaq għajnejh għall-korruzzjoni, imma issa anke qed jagħlaq ħalq l-investigaturi". Hu qal dan b'riferenza għar-riżenja tal-Kap tal-FIAU, Dr Manfred Galdes.
Hu qal li "r-riżenja tal-Kap tal-FIAU. Hi xi ħaġa inkredibbli li l-istejjer fuq il-gvern qed jibqgħu ħerġin. Din il-ġimgħa kellna riżenja misterjuża tal-Kap tal-FIAU, li hi organizazzjoni li tiġġieled il-ħasil ta' flus. Fil-pajjiżi Ewropej hemm aġenziji simili li tiġġieled il-ħasil ta' flus u l-korruzzjoni. Ir-riżenja tqajjem ċertu suspetti. Erba' xhur ilu, kien intqal li din l-aġenzija qed tinvestiga lill-Ministru Konrad Mizzi u lil Keith Schembri. Jaqaw l-investigazzjoni tlestiet?. X'inhuma l-investigazzjonijiet? Veru li intbagħat il-Kummissarju tal-Pulizija biex jieħdu passi kontra l-Ministru Mizzi u Keith Schembri. Veru li l-aġent Kummissarju preżenti ma ħax passi fuq dan ir-rapport? Li tgħaddi ġimgħa mindu ħarġet din l-aħbar, l-Gvern għandu jgħid xi ħaġa u mhux jibqa' silenzjuż. Il-korruzzjoni saret istituzzjonalizzata, jiġifieri mhux il-Gvern qed jagħlaq għajnejh għall-korruzzjoni imma qed jagħlaq ħalq lil dawk li jinvestigaw il-korruzzjoni". Simon Busuttil qal li "jien għalhekk intenni li rrid innaddaf il-politika darba għal dejjem. Min tassew irid li pajjiżna u l-politika innaddfuha, jien qed noffri li dan il-ħmieġ inneħħuħ".

Il-Kap tal-Oppożizzjoni enfasizza li "lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri mhux biss ma keċċihomx imma ħadhom miegħu f'Singapore. Dan it-tanker hu vendikazzjoni man-nies ta' Marsaxlokk. It-tanker tal-gass hu monument ta' korruzzjoni tal-Gvern ta' Joseph Muscat."

Kompla jgħid li "fis-sħana ta' Awwissu qed nitkellmu fuq skandlu ieħor u l-Prim Ministru ma qal xejn dwaru. Dan hu l-ħruġ ta' visas. Meta jkollok tixħim fil-ħruġ ta' visas dak hu riskju kbir għas-sigurtà. Kulħadd jaf il-Libja x'inhi s-sitwazzjoni li hemm. Allura li jkun hemm xi ħadd mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li joħroġ visas għax jixxaħħam. Issa in-nies qed jgħidu x'se nagħmlu? In-nies qed jgħajjew. Gvern li ma jagħmel xejn wara li toħroġ l-aħbar f'forma ta' ittra li ntbagħtet minn avukat. F'sena waħda inħarġu xejn inqas minn 600 visa medika, li hu ferm akbar minn kemm inħarġu mindu kien hemm il-gwerra fil-Libja. Hi aktar importanti li jiffanga huma, ta' Kastilja". Simon Busuttil qal li "din il-ġimgħa l-MEPA, taw permess għal bini ta' torrijiet li flimkien jaqbżu l-100 sular. Daqt ikollna New York. Ilna ngħidu sena sħiħa, biex il-MEPA ma tiġix mifruda mill-ambjent. Is-sezzjoni tal-ambjent lanqas attendiet għal din il-laqgħa u xi ħadd irid jispjega.  Kieku l-awtorità tal-ambjent kienet preżenti l-vot ma kienx jgħaddi u għalhekk għandha ħafna x'tispjega. Dan juri li bil-qasma fil-MEPA l-ambjent ġie relegat għat-tieni diviżjoni."




0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home