"Alla sejjaħ lis-surmast tal-karozzi Ford"
- Dilettanti tat-tlielaq tal-karozzi maħsudin bit-telfa ta' Ray Debono
Id-dilettanti tat-tlielaq tal-karozzi dalgħodu ħadu xokk hekk kif tħabbret il-mewt ta' Ray Debono. Debono, li huma diversi dawk li jiddeskrivuh bħala surmast tal-karozzi Ford, miet fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu. Diversi dilettanti tal-karozzi esprimew id-dieqa u n-niket tagħhom għal din il-mewt, fejn ħafna ddeskrivew bħala "bniedem kapaċissimu" u 'bniedem ta' ħbiberija ġenwina". Kumment li għaddilna ħabib tiegħu kien jgħid li "Alla sejjaħ lis-surmast tal-karozzi Ford'. Ħabib tiegħu li tkellem ma' inewsmalta.com qalilna li "Ray kien magħruf sew fil-qasam tal-karozzi. Kellu ħolma u wettaqha m'ilux ħafna. Din kienet meta bena il-Q3. Din kienet il-karozza Top Fuel Dragster".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home