Monday, August 8, 2016

"Dan mhux issa imma erba' snin ilu... illum hemm biss baħħ fejn il-Monument tal-Olimpjadi"


Issa li bdew l-Olimpjadi f'Rio, kif taraw dan ir-ritratt forsi taħsbu li hu ritratt riċenti. Dan hu ritratt li ttieħed xejn inqas minn erba' snin ilu. 

Ritratt li juri l-monument tal-Olimpjadi fix-Xemxija jixgħel bil-lejl waqt l-olimpjadi. Kien sforz li sar dakinhar biex dan il-monument ikollu l-ħajja waqt dan l-avveniment. Illum sfortunatament dan il-monument jinsab f'baħħ totali. 

Bdejna bl-Olimpjadi u għal raġunijiet li għadhom mhux magħrufin, il-monument u t-torċi tiegħu ma nxtegħlux.

Dan hu l-uniku monument ta' l-Olimpjadi f'pajjiżna. 

Oliver Mallia, resident li għandu għal qalbu dan il-monument, jikkummenta dwar kif erba' snin ilu kien ħa l-inizjattiva bl-għajnuna tal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar biex waqt l-Olimpjadi dan il-monument jinxtegħel bit-torċi kull filgħaxija. 

Kien hu li kkordina kollox u kien imur hemm kull filgħaxija. L-ispiża kienet biss ta' €100. 

Oliver Mallia jikkummenta dwar kif illum il-fjuwil hu irħas minn dakinhar u qed jistaqsi xi pjani hemm biex dan il-monument jingħata l-ħajja waqt l-Olimpjadi. Għal darba oħra hu offra l-għajnuna tiegħu. Li jonqos issa hu biss sforz mill-awtoritajiet lokali.


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home