Monday, August 8, 2016

20% tal-immigranti salvati fil-Mediterran kienu minn organizzazzjonijiet umanitarji

Xejn inqas minn 20 fil-mija tas-salvataġġi ta' persuni fir-rotta taċ-ċentru tal-Mediterran saru minn organizazzjonijiet umanitarji. Bħalissa fiż-żona taċ-ċentru tal-Mediterran hemm bastiment tal-Migrant Offshore Aid Station (MOAS), bastimenti ta' Medecins Sans Frontieres (MSF)), bastiment ta' SOS Medioterranean u bastimenti ta' organizazzjonijiet oħra fosthom SeaWatch u Jugend Rettet.



Id-Direttur ta' SOS Mediterranee, Sophie Beau, qalet li "ma stajniex inħallu persuni jmutu qisu xejn mhu xejn f'nofs il-Mediterran". "F'ċerti każi tellajna in-nies minn ġol-baħar", iddikjara Gerard Canals, id-direttur ta' Proactiva Open Arms. Jgħid li f'każijiet oħra, raw li dinghies ikunu siguri sakemm jaslu fuq il-post bastimenti akbar. Din is-sena, sa issa ġew salvati madwar 98,000 persuna miċ-ċentru tal-Mediterran fejn 20,300 persuna kienu salvati minn bastimenti ta' organizazzjonijiet umanitarji. 

Biss, il-problema ta' dawk l-organizazzjonijiet hi l-finanzi biex iwettqu l-missjonijiet ta' salvataġġi. Proactiva għandha baġit ta' €670,000, waqt li MSF u l-MOAS għandhom spiża ta' 'l fuq minn €4 miljuni fis-sena. Ħafna mill-istaff li hemm abbord huma voluntieri. Sea Watch f'kummenti li jagħtu dwar il-missjoni tagħhom jgħidu li "nippruvaw insalvaw persuni kemm nistgħu. Biss aħna ma narawx lilna nfusna bħala parti mis-soluzzjoni", jiddikjara Ruben Neugebauer. 

Jens Pagotto minn MSF jgħid li "m'għandniex l-intenzjoni li nibqgħu għal dejjem f'nofs il-Mediterran. Biss sakemm naraw alternattiva, hi diffiċli li nieqfu minn din il-missjoni".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home