Għal xejn inqas minn disa' snin ma rax wiċċ ħuh. Yohannes kien ivvjaġġa lejn l-Ewropa u ħalla lil ħuh warajh. Yohannes, illum hu medjatur kulturali mal-organizazzjoni Emergency fi Sqallija. Minkejja li ħuh, Tedros kien qallu kemm il-darba bil-ħsieb tiegħu li jagħmel il-vjaġġ lejn l-Ewropa, Yohannes dejjem ħassarlu. Dejjem enfasizzalu kemm hu perikoluż dan il-vjaġġ. Fl-aħħar jiem imma Yohannes u Tedros iltaqgħu wiċċ imb wiċċ. Kienu mumenti emozzjonanti, li bikkew lil diversi voluntieri. Dan seħħ hekk kif Tedros, iddaħħal f'Pozzallo flimkien ma' għadd ta' persuni salvati abbord minn dinghi. Tedros telaq mill-Eritrea, kontra l-pariri ta' ħuħ. Yohannes jiddeskrivi lil ħuħ bħala rasu iebsa u filfatt dan beda l-vjaġġ tmien xhur ilu. Tedros, telaq mill-Eritrea lejn l-Etjopja, is-Sudan u wara lejn l-Eġittu. Hu minn hemm qabad id-dgħajsa lejn l-Ewropa.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home