Monday, August 8, 2016

Ġebel mill-Grotta ta' San Pawl preżentat fi Sqallija


F'siti Kattoliċi bħala 'Catholic Online', il-Grotta ta' San Pawl fir-Rabat, hi meqjusa bħala wieħed mill-għaxar għerien fid-dinja li wieħed għandu jżur. Magħha insibu għerien għal dawk ta' Safomar fl-Etjopja, l-għerien ta' Minoans fi Kreta, l-Grotta de Font de Gaume fi Franza, l-għar ta' San Mikiel f'Monte Sant Angelo fl-Italja, l-għerien Dambulla fi Sri Lanka, Longmen Caves fiċ-Ċina u l-għerien tal-iljunanti fil-gżira Gharapaki. 

Fis-sittax-il seklu dan il-post kien meqjum sew u lejh kienu jiġu għadd ta' pellegrini. Kien hemm tradizzjoni ukoll marbuta mal-ġebel tal-grotta, fejn dan kien twemmin fost il-pellegrini li dan seta' jintuża kontra l-veleni u għalhekk għal xi żmien il-ġebel tal-grotta kien sar popolari ħafna. Fl-aħħar jiem, il-ġebel tal-Grotta ta' San Pawl għamel l-aħbarijiet fi Sqallija u dan hekk kif żewġ kommunitajiet fin-nofsinhar ta' Sqallija, irċevew għotja ta' ġebla mill-Grotta ta' San Pawl.
Dawn iż-żewġ postijiet, Solarino u Polazzuolo għandhom xi ħaġa komuni mar-Rabat ta' Malta. 

Dan għax it-tnejn li huma, flimkien mar-Rabat jiċċelebraw festi ddedikati lil San Pawl. Ta' min jgħid li "l-Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl ħaseb biex waqt li delegazzjoni mir-Rabat marret għall-festa ta' San Pawl f'Solarino, u saret prezentazzjoni bil-kollaborazzjoni tal-Arcipriet Fr Louis Suban u l-Kapitlu lill-poplu ta' Solarino. Bejn ir-Rabat u Solarino inbniet fratellanza marbuta mal-imħabba lejn San Pawl. L-istess sar mal-poplu ta' Palazzolo, raħal ieħor li jiċċelebra lill-Appostlu tal-Ġnus. 

L-istorja ta' din il-grotta meqjuma ħadet żvolta f'nofs is-seklu sittax, meta r-rettur tal-grotta kien ilmenta li din il-grotta qed tkun traskurata. Ftit snin wara bdiet tinbena l-Knisja ta' San Pawl. Fis-sena 1571 kienu infetħu proċeduri legali dwar traffikar ta' ġebel tal-grotta li kien falz. Il-popolarità tal-grotta kompliet tikber u fil-bidu tas-seklu sbatax, kien hemm persuni li kienu jiġu Malta apposta biex iżuru l-grotta u magħhom kienu jieħdu xi biċċa ġebla.



0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home