Thursday, August 11, 2016

Jippersisti l-ħmieġ f'Buġibba

Minkejja l-pressjoni li qed issir dwar is-sitwazzjoni tal-iskart f'Buġibba, fejn hemm żoni li huma litteralment miżbla, ilbieraħ filgħaxija kienet lejla oħra li fiha turisti u Maltin li għaddew minn ċerti żoni kellhom iħabbtu wiċċhom ma' skart goff u skart ieħor li nħareġ.
    Dan minkejja li hemm tabelli li jgħidu ċar u tond li l-iskart m'għandux jinħareġ qabel is-sebgħa ta' filgħodu u m'għandux jinħareġ skart wara li jkunu għadda s-servizz tal-ġbir.
    F'żona fil-Qawra lbieraħ wieħed seta' jara bankina litteralment imblukkata b'kull tip ta' skart, sew dak goff u domestiku. F'żoni oħra kien hemm boroż u skart ieħor li nħareġ minn xi persuni irresponsabbli. Jidher li hemm persuni barranin li kitbu lill-kunsill dwar is-sitwazzjoni tal-iskart.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home