Friday, August 12, 2016

Flok ma' martu, mar Qamar il-Għasel ma' ritratt tagħha

"Ma stajniex nifhmu x'kien qed jagħmel. Jiġbed ritratt ma' ritratti ta' tfajla. Dak il-ħin bdew jgħaddu ħafna ħsibijiet. Għall-ewwel ħsibna li kien se jipproponilha għaż-żwieġ jew xi ħaġa simili. Ġibed l-għajn ta' ħafna persuni li kienu fiċ-ċentru ta' Pisa".


Dan hu l-kumment li għadditilna koppja Maltija li fl-aħħar jiem kienu għal btala f'Pisa u raw żgħażugħ jieħu ritratt tiegħu ma' ritratt bl-isfond tat-torri ta' Pisa warajh. Din il-koppja sa jumejn wara baqgħet ma kinitx taf eżatt x'kienet ir-raġuni għaliex hu kien qed jieħu ritratt ma' ritratt ta' tfajla.

Imma l-istorja ma damitx ma saret magħrufa.  Ilbieraħ sar magħruf li dik l-istess persuna kienet Patel Faizan mill-Indja li mar vaganza fl-Italja, eżattament f'Milan, Pisa, Venezja u Firenze.  Dan kellu jkun Qamar il-Għasel tiegħu. Ġara iżda li martu Sana, sigħat biss qabel it-titjira ma setgħetx issib il-passaport. Skont dak rappurtat, il-koppja għamlet minn kollox biex iġġib dokument tal-ivvjaġġar fil-ħin iżda dan ma rnexxiex.

Faizan iddeċieda li jmur għal qamar il-għasel waħdu. Biss hu ried li jieħu miegħu ritratt ta' wiċċ Sana. Ġarru miegħu kull fejn mar u ma naqasx li jieħu r-ritratti miegħu.  Dan l-atteġġjament jidher li ċaqlaq lill-awtoritajiet Indjani li ħarġu l-passaport, iżda mbagħad Sana sabet problemi biex inħarġet il-Visa. 

Finalment inħarġet u Faizan kien qed jistenna li finalment martu tkun miegħu f'Firenze.


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home