Friday, August 12, 2016

Petizzjoni biex jitneħħew 'rumble strips' fi triq prinċipali fil-Mellieħa

Kważi 350 persuna diġa ffirmaw il-petizzjoni “Periklu minħabba l-"rumble strips" fil-Mellieħa”. Il-petizzjoni tgħid li "permezz ta' din il-petizzjoni qed nitolbu li jitneħħew b'mod immedjat ir-"rumble strips" li saru dan l-aħħar fi-Triq il-Kbira, Mellieħa."

Il-petizzjoni tgħid li fi Triq il-Kbira Mellieħa hemm periklu kbir ġdid u dan minħabba li f'dawra qabel tibda' n-niżla, saru "rumble strips" li żiedu l-periklu. Intqal li s-sewwieqa iħossuhom qed jitilfu l-kontroll tal-karozza meta jgħaddu minn fuqhom anki jekk b'veloċità  baxxa.


Il-petizzjoni tgħid li "skont informazzjoni li ngħatat fil-Parlament, dawn ir-"rumble strips" saru fuq parir tal-Kunsill Lokali biex inaqqsu l-veloċità u n-numru kbir ta' inċidenti li kienu jsiru. Din mhix raġuni aċċettabbli għax mhux minnu li f'dan il-post kienu jsiru numru kbir ta' inċidenti.  Il-petizzjoni qalet li jekk se jsiru "rumble strips" biex inaqqsu l-veloċita għandhom isiru ħafna qabel id-dawra.

Il-petizzjoni tgħid li "b'din il-petizzjoni nixtiequ nwasslu l-inkwiet tagħna lill-Ministru tat-Transport Joe Mizzi, u lis-Sindku u l-Kunsilliera tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.  Nitolbu li dawn ir-"rumble strips" jitneħħew immedjatament biex jitneħħa dan il-periklu ġdid li qed jesperjenzaw is-sewwieqa li juzaw din it-triq prinċipali, l-aktar fosthom ir-residenti tal-Mellieħa."


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home